It-Talba tal-Missierna – Brigitte Attard
Maħbubin ħuti fi Kristu u San Franġisk, Nixtieq naqsam magħkom ftit ħsibijiet tal-Papa Emeritus Benedettu XVI fuq il-kliem tat-Talba tal-Missierna, li hi magħmula minn tislima u seba’ petizzjonijiet – tlieta orjentati lejn Alla u erbgħa lejna, il-ħolqien tiegħu. Il- Missierna hija talba Trinitarja għaliex hija talba li nitolbu ma’ Ġesù, lill-Missier, permez tal-Ispirtu s-Santu. Nistgħu […]
