1. It-Tlieta 2 ta’ Frar : Festa tal-Gandlora. 40 jum wara l-Milied niċċelebraw il-Preżentazzjoni ta’ Ġesu’ fit-Tempju u l-Purifikazzjoni tal-Verġni Marija.
Fis-6.00pm Quddiesa bil-Priedka tal-okkażjoni.
2. Il-Ħamis 4 ta’ Frar : 5.30pm Adorazzjoni Ewkaristika.
Nappella speċjalment lil Membri Operaturi Pastorali ninġabru flimkien biex it-talb għall-Parroċċa ikollu iktar forza.
3. Il-Ġimgħa 5 ta’ Frar : Huwa l-ewwel ġimgħa tax-xahar.
Il-Morda u l-Anzjani fi djarhom nilħquhom meta jagħmlu appuntament magħna.
4. Il-Fondazzjoni tavża : Li sar Rapport Professjonali dwar il-ħsara lill-Orgni bil-Maltempata ta’ Novembru, li tammonta għal €1,200.
Il-Fondazzjoni iddeċidiet li tagħmel tajjeb għal din is-somma. B’hekk l-Orgni tas-Santwarju tagħna jerġa’ jiġi għall-istat li kien wara l-manutenzjoni li saret fuqu.
Il-Fondazzjoni tapprezza kull donazzjoni, żgħira kemm hi żgħira għal dan il-għan.
5. Proċess tad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta 2021-2022 : Jintlaqgħu l-applikazzjonijiet online. L-informazzjoni tinsab fin-Notice Board, fuq facebook u fil-Website tal-Knisja : www.knisja.mt
6. L-Erbgħa 17 ta’ Frar jibda r-Randan Imqaddes :
Infakkarkom fl-Impenn biex fir-Randan “Nitolbu bit-Telefown” ma’ min hu fil-bżonn.
Nissuġerixxu wkoll il-Ktieb “Ġarar Tal-Fuħħar” ta’ Susan Farrugia li fih stejjer qosra ta’ fejqan. Hu ‘available’ ukoll bl-Ingliż “Jars of Clay”.
Tistgħu takkwistawh mill-Parroċċa tagħna. Susan ilha iktar minn 30 sena fil-Ministeru tal-Fejqan u tal-Ħelsien. Tagħti servizz ukoll mal-Eżorċisti f’Malta, u tagħti Seminars fl-Islovakkja u fl-Ungerija ma’ Patri Elija Vella ofm conv.
Nissuġġerixxi li taqraw dan il-Ktieb fir-Randan.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.