BHALL-GEBLA FIS-SKIET

Hekk qalli Missieri Frangisku

*Hares lejn is-sigar;     
*qed iferrxu d-dell,
*qed ikennu l-aghsafar,
*qed jaghtu l-frott,
*qed isebbhu n-natura.
*QED JAGHMLU R-RIEDA T’ALLA

*Kemm rifsuha dil-moghdija,
*bnedmin u bhejjem,
*xemx u xita,
*dejjem taqdi,
*QED TAGHMEL IR-RIEDA T’ALLA

*Ara l-gebla tas-sejjieh,
*tifred l-eghlieqi,
*tmexxi l-moghdija, 
*twennes il-vjola,
*il-gebla taqdi,
*QED TAGHMEL IR-RIEDA T’ALLA

*Ieqaf, isma’ l-ilma safi niezel mal-blat,
*lest li jaqdi l-bidwi,
*biex isaqqi l-eghlejjel,
 *jisqi ‘l uliedu,
*inaddaf u jsaffi,
*QED JAGHMEL IR-RIEDA T’ALLA

*Il-klieb jinbhu mill-irziezet,
*iwennsu lil xulxin u’ l bidwi,
*biex jghassu,
*qed jaqdu lil sidhom,
*QED JAGHMLU R-RIEDA T’ALLA

*Ghalhekk ‘l bniedem Alla tah
*widnejn, biex jisma’ l-karba tal-mugugh,
*ghajnejn, biex jara l-griehi ta’ huh,
*mohh, biex jifhem x’inhi t-tbatija,
*fomm, biex ilissen kelma ta’ moghdrija,
*riglejn, biex jehduh hdejn il-migruh,
*sahhtu, biex jghin lil min hu batut.

*Hekk qalli Missieri Frangisku:
*Ghaliex  il-bniedem ghandu jkun anqas
*mis-sigar, mill-gebla tas-sejjieh,
*mill-moghdija, mill-ilma gieri, mill-klieb?
*DAWN KOLLHA QED JAGHMLU R-RIEDA T’ALLA
 
*dawn kollha qed jaqdu ‘l haddiehor.
*Aghmel ir-rieda t’Alla,
*Aqdi ‘l  haddiehor,
*izda bhal gebla tas-sejjieh…
*FIS-SKIET

T. Mahoney ofs, 1982