1. Il-Fondazzjoni tappella : Biex f’Jum it-Twelid tiegħek jew xi data oħra memorabbli għalik jew għal maħbubin tiegħek, tiftakar fis-Sultana tal-Qalb ta’ Ġesu’ u tagħti donazzjoni lill-Fondazzjoni għal manutenzjoni tas-Santwarju. Napprezzaw ħafna l-għajnuna tagħkom. Il-Mulej Ġesu’ u Ommu Marija, is-Sultana tagħna, ibierku l-ġeneriżita’ tagħkom.
2. Proċess tad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta 2021-2022 : Mid-29 ta’ Jannar jintlaqgħu l-applikazzjonijiet online ta’ applikanti oħra. Aktar informazzjoni fuq in-Notice Board u l-Website www.knisja.mt
3. Proċess tad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta f’Settembru 2021 : Applikanti minn Skejjel tal-Gvern u Indipendenti, jistgħu japplikaw online f’Jannar u Frar. Informazzjoni dettaljata tinkiseb minn fuq il-Website tal-Kurja www.church.mt
4. Din il-ġimgħa ser isir l-ewwel Irtir Spiritwali tas-Sena 2021 : Għalih ser jattendi mill-fraternita’ tagħna Patri Norbert Ellul Vincenti ofm. Nawgurawlu u nitolbu għalih.
5. L-Erbgħa 17 ta’ Frar jibda r-Randan Imqaddes : Nibdew nitħejjew għal dan iż-żmien qaddis fi żmien diffiċli tal-pandemija li għadha fostna.
Il-Programm ser ikun iktar sempliċi u addattat minħabba ċ-ċirkostanzi.
Ġest sabiħ li lkoll nistgħu nagħmlu huwa “Nitolbu bit-Telefown” ma’ nies li nafu li ilhom xhur ma’ joħorġu minn djarhom.
Aħsbu ftit dwar dan l-Eżerċizzju oriġinali għal dan ir-Randan!
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.