NGĦIXU R-RANDAN IMQADDES FLIMKIEN
1. Il-Ġabra Speċjali tal-Ħadd li għadda : Kienet €635.72
2. L-Erbgħa 17 ta’ Frar jibda r-Randan Imqaddes :
Fil-Quddies isir ir-Rit tat-Tqegħid tal-Irmied.
• Qed nissuġġerixxu “Nitolbu bit-Telefown” ma’ min hu waħdu.
• Nissuġerixxu wkoll il-Ktieb “Ġarar Tal-Fuħħar” ta’ Susan Farrugia li fih stejjer qosra ta’ fejqan.
Hu ‘available’ ukoll bl-Ingliż “Jars of Clay”. Tistgħu takkwistawh mill -Parroċċa tagħna.
• Via Crucis matul ir-Randan issir kull nhar t’Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa fit-8.30am u fil-5.0pm.
3. Mit-Tnejn 22 sal-Ġimgħa 26 ta’ Frar :
9.00am Quddiesa bil-Priedki tal-Eżerċizzi minn Patri Stephen Sciberras ofm.
4. L-Erbgħa 24 ta’ Frar :
6.00pm Il-Kappillan jistieden għall-Quddiesa u Priedka lil Fratellanza tas-Ssmu Sagrament, il-Fratellanza tas-Sacro Cuor u l-Membri tal-Leġjun ta’ Marija.
5. L-Animazzjoni Vokazzjonali :
Ser torganizza Weekend ta’ Esperjenza għaż-Żgħażagħ fil-Kunvent tar-Rabat mis-26 sat-28 ta’ Frar. Eta’ bejn is-16 u 30 sena.
6. Il-Fondazzjoni tirringrazzja :
Lil dawk kollha li fl-aħħar xhur taw numru sabiħ ta’ donazzjonijiet b’risq il-Lift tas-Santwarju. Komplu għinuna. Il-Fondazzjoni tapprezza kull donazzjoni, żgħira kemm hi żgħira għal dan il-għan.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.