Gheziez Huti f’San Frangisk,
Din il-gimgha miss lili li nipprepara l-messagg u nixtieq inkellimkom fuq is-Sena Guzeppina.
Fit-8 ta’ Dicembru, 2020, f’jum is-solennita tal-Immakulata Kuncizzjoni, il-Qdusija Tieghu Papa Frangisku ipproklama ‘Is-sena ta’ San Guzepp’ permezz ta’ l-ittra appostolika ‘Patris Corde’ li tfisser ‘Bil-Qalb ta’ Missier’. Ghalhekk xtaqt naqsam maghkom xi punti fil-qosor fosthom dawk li johorgu minn din l-ittra appostolika u t-tifsiriet li johorgu minnha.
F’din l-ittra l-Papa ddeskriva lil San Guzepp b’hafna aggettivi sbieh. Iddeskrivih bhala missier mahbub, missier teneru u li jhobb, missier ubbidjenti, missier li jaccetta, missier kuragguz, missier li jahdem, u missier fid-dellijiet – kollha doni li pposseda San Guzepp. Fil-qosor dawn id-doni huma mfissra hekk:
Missier mahbub ghax hu inghata ghall-qadi tal-pjan kollu tas-salvazzjoni. Ghal dan ir-rwol tieghu, San Guzepp hu l-missier li dejjem kien mahbub mill-poplu Nisrani.
Missier fil-hlewwa ghax Gesu ra b’ghanejh stess il-hlewwa ta’ Alla li dehret f’Guzeppi.
Missier fl-ubbidjenza. Bl-istess xebh ma’ dak li Alla ghamel ma’ Marija, meta wrieha l-pjan Tieghu ta’ salvazzjoni, hekk ukoll lil Guzeppi wrieh il-pjanijiet Tieghu permezz tal-holm. L-ewwel holma kienet meta l-Anglu jghinu jsolvi d-dilemma tieghu u bl-ubbidjenza hu gheleb it-thassib tieghu u salva lil Marija u hadha bhala martu. Fit-tieni holma meta obda lil-Anglu u harab lejn l-Egittu biex isalva lil Gesu minn taht idejn Erodi. U fit-tielet holma meta l-Anglu ordnalu jqum, jaqbad it-tifel u lil ommu u jirritorna fl-art ta’ Israel (Mt. 2:21).
Missier li jilqa’. Guzeppi jilqa’ lil Marija bla ebda kundizzjoni. Jafda fil-kelmiet ta’ l-Anglu u jwarrab id-dubju tieghu dwar kif ghandu jgib ruhhu l-ahjar u Alla jghinu jaghzel billi jdawwallu l-gudizzju tieghu.
Missier kuraggus. Guzeppi, quddiem id-diffikultajiet kbar li ltaqa’ maghhom, kemm f’Betlehem meta ma sabx fejn ideffes rasu, kemm fil-harba lejn l-Egittu u wkoll fiz-zmien li hu u familtu kellhom jghixu l-Egittu ma wehilx u abbanduna kollox, izda b’kuragg kbir midd ghonqu ghax-xoghol u ha dawk id-decizzjonijiet u l-inizzjattivi necessarji biex iwettaq il-pjan t’Alla.
Missier haddiem. Guzeppi l-mastrudaxxa hadem b’mod onest biex jizgura l-ghajxien tal-familja tieghu. Minghandu Gesu tghallem il-valur tax-xoghol, id-dinjita u l-ferh ta’ xi tfisser il-hobz frott l-gharaq ta’ gbinek. Ix-xoghol ta’ San Guzepp ifakkarna li Alla nnifsu maghmul bniedem ma stmerrx jahdem.
Missier fid-dell. Ghal Gesu, il-figura ta’ San Guzepp hi d-dell tal-Missier tas-Sema fuq din l-art: iharsu, jipprotegih, ma jitilqu qatt biex isegwi l-passi tieghu. Il-paternita taghna qatt m’ghandha tiehu s-sura ta’ pussess, imma dell li jimxi wara l-iben. B’hekk f’certu sens inkunu qed nidhlu fiz-zarbun ta San Guzepp.
Il-Vangelu jesprimi l-qdusija ta’ dan ir-ragel b’kelma wahda li kien ‘gust’ (Matt. 2, 19). Kien il-Kustodju msejjah minn Alla biex jiehu hsieb lil Gesu u lil Marija. Kien ragel zaghzugh qaddis u mhux xih kif huwa pprezentat f’hafna stampi u statwi tieghu. Ghalkemm Marija u Guzeppi kienu mizzewgin, it-tnejn baqghu vergni. La Marija hija Ommu Vergni, hekk ukoll Guzeppi huwa Missieru Kast. Missier ghax hu r-ragel ta’ Omm Gesu, u kast ghax ma kellux x’jaqsam ma’ l-inkarnazzjoni.
L-Ittra Appostolika timmarka l-150 sena minn meta l-Beatu Papa Piju IX iddikjara lil San Guzepp bhala l-Patrun tal-Knisja Universali. Biex jiccelebra dan l-anniversarju l-Papa Frangisku habbar “Sena Guzeppina”, li tibda mis-Solennita tal-Kuncizzjoni 2020 u tibqa’ sejra sal-istess festa fl-2021.
Il-Qdusija Tieghu kiteb Patris Corde fl-isfond tal-pandemija tal-Covid-19, li jghid ghenitna naraw b’mod iktar car l-importanza ta’ nies ordinarji li, ghalkemm ‘il boghod mill-attenzjoni, jezercitaw il-pacenzja u joffru tama kuljum. F’dan jixbhu lil San Guzepp, “ir-ragel li ma jigix innutat u l-prezenza tieghu ta’ kuljum fil-hajja ta’ Gesu kienet diskreta u mohbija” li madankollu “kellu rwol inkomparabbli fl-istorja ta-salvazzjoni”.
San Guzepp li kien ir-ragel legali ta’ Marija Santissima u missier putattiv ta’ Gesu jaghllimna li fil-hajja huma l-umilta u l-ubbidjenza li jaghmluna denji li nissejhu l-vera ulied Alla. Ghalhekk nitolbu l-protezzjoni tieghu u biex insieru nixbhuh fid-doni kbar li kellu.
Fil-konkluzzjoni tal-Ittra Appostolika tieghu, Papa Frangisku zied talba ohra lil San Guzepp li jheggigna li nitolbu flimkien:
SLIEM GHALIK, HARRIES TAL-FEDDEJ,
U GHARUS TAL-VERGNI MARIJA,
LILEK ALLA FDALEK LIL IBNU:
FIH MARIJA QIEGHDET IL-FIDUCJA TAGHHA;
MIEGHEK KRISTU TRAWWEM BHALA RAGEL ADULT.
O MQADDESS GUZEPPI, KUN MISSIER GHALINA WKOLL,
U MEXXINA FIT-TRIQ TAL-HAJJA.
AQLGHALNA L-GRAZZJA, IL-HNIENA U L-KURAGG,
U HARISNA MINN KULL DENI. AMMEN
Cecilia Attard, OFS
0 Comments