INDEM U EMMEN
1. Ngħixu dak li qalulna l-Isqfijiet fil-Pastorali tar-Randan :
Ilkoll imsejjħa biex nibnu soċjeta’ ta’ għożża u solidarjeta’.
Nagħtu każ ta’ dawk li huma iżolati.
Negħlbu l-virus tal-individwaliżmu.
Noħolqu djalogu bejnietna.
Infejqu l-ġrieħi.
Niddefendu l-ħajja.
Inżommu lil San Ġużepp b’Mudell li jispirana fil-mumenti ta’ kriżi.
2. Mit-Tnejn 22 sal-Ġimgħa 26 ta’ Frar : 9.00am Quddiesa bil-Priedki tal-Eżerċizzi minn Patri Stephen Sciberras ofm.
3. L-Erbgħa 24 ta’ Frar : 6.00pm Il-Kappillan jistieden għall-Quddiesa u Priedka lil Fratellanza tas-Ssmu Sagrament, il-Fratellanza tas-Sacro Cuor u l-Membri tal-Leġjun ta’ Marija.
4. Is-Sibt 27 ta’ Frar : 9.30am – 1.00pm Seminar fil-Knisja u Għoti taċ-Ċertifikati lil Koppji li għamlu l-Kors ta’ Kana. Nitolbu għalihom.
5. Il-Weekend li ġej fil-Kunvent tar-Rabat : Esperjenza għaż-Żgħażagħ bejn is-16 u 30 sena.
6. It-Tlieta 2 ta’ Marzu : 6.45pm Se nerġgħu norganizzaw fid-dawl tax-xemat fil-knisja, ħin ta’ skiet u ġabra. It-Tema hi : “Fis-Salmi nitkellmu mal-Mulej”. Organizzata minn David u Angela Pace O’Shea. Kulħadd hu mistieden.
7. Matul ir-Randan qed nissuġġerixxu :
“Nitolbu bit-Telefon” ma’ min hu waħdu d-dar.
U l-Ktieb: “Ġarar tal-Fuħħar”, stejjer ta’ riflessjoni.
8. Matul ir-Randan : Il-Via Crucis issir kull nhar t’Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa fit-8.30am u fil-5.30pm.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.