Posts from January 2022

10 Items

IR-RABA’ HADD TAS-SENA – IL-HADD, 30 TA’ JANNAR, 2022

by Administrator

Għaliex Profeta mhux milqugħ f’pajjiżu! 1. Il-Quddies u l-Funzjonijiet tas-Santwarju : Tistgħu issegwuh minn fuq il-Facebook Page tal-Parroċċa. Iktbu “Parroċċa Franġiskana Santwarju Madonna Sacro Cuor”. 2. Ġabra speċjali: €1.048.51. Nirringrazzjawkom. 3. L-Erbgħa 2 ta’ Frar : Festa tal-Gandlora. Il-preżentazzjoni tal-Mulej Ġesu’ fit-Tempju. 6.00pm Isir it-Tberik tax-Xema’ għaliex Xmun sejjaħ lil Ġesu’ “Dawl biex idawwal il-ġnus”. […]

Il-Mulej irid ikun parti integrali fil-hajja taghna – Pauline Darmanin ofs

by Administrator

Fit-Tieni Ktieb ta’ Samwel (Kap 7, 1-7) naraw kif ir-Re David thasseb u ma hassux sew li hu qieghed f’dar tac-cedru, armata b’kollox u l-Arka ta’ Alla qieghda f’nofs ta’ tinda! Hass li b’rispett u qima lejn l-Arka, li ghal poplu ta’ Israel kienet tfisser il-prezenza ta’ Alla fosthom, kellu jibni wkoll “dar” xierqa ghall-Arka. […]

IT-TIELET HADD TAS-SENA – IL-HADD, 23 TA’ JANNAR, 2022

by Administrator

Merħba lir-Relikwa tal-Beatu Carlo Acutis 1. Il-Quddies u l-Funzjonijiet tas-Santwarju : Tistgħu issegwuh minn fuq il-Facebook Page tal-Parroċċa. Iktbu “Parroċċa Franġiskana Santwarju Madonna Sacro Cuor”. 2. Għada l-Ħadd tasal fi tmiema l-ġimgħa : Li kellna fostna r-Relikwa tal-Beatu Carlo Acutis. Ġew iżuruha studenti tal-Iskejjel ta’ St Joseph u ta’ St Benild. U saħansitra nies li […]

It-triqat tal-Mulej hadd ma jafhom – Peter Darmanin ofs

by Administrator

Gheziez huti Frangiskani,Il-fatt li fil-prezent, kull nhar ta’ Tlieta,  ma nistghux niltaqghu fizikament flimkien bhala Fraternita, qed johloq fina frustrazzjoni spiritwali u attegjament negattiv, pero t-triqat tal-Mulej hadd ma jafhom. Alla, li jista kollox, kapaci johloq il-gid minn kull sitwazzjoni li ghalina tidher difficli, kerha kemm hi kerha, bla sens, ta’ tbatija, kemm materjali u […]

IT-TIENI HADD TAS-SENA – IL-HADD, 16 TA’ JANNAR, 2022

by Administrator

“Agħmlu kulma jgħidilkom hu” 1. Il-Quddies u l-Funzjonijiet tas-Santwarju : Tistgħu issegwuh minn fuq il-Facebook Page tal-Parroċċa. Iktbu “Parroċċa Franġiskana Santwarju Madonna Sacro Cuor”. 2. It-Tnejn 17 ta’ Jannar : 6.00pm Tasal ir-Relikwa tal-Beatu Carlo Acutis. – Fil-quddiesa, Fra Lorrie Zerafa ofm jagħmel Introduzzjoni tal-okkażjoni u jfisser x’inhi r-Relikwa u min hu dan iż-Żgħażugħ Beatu […]

L-Epifanija – Mariella Spiteri Gonzi ofs

by Administrator

L-EPIFANIJA Il-Ħamis li għadda, fis-6 ta’ Jannar, iċċelebrajna l-festa tal-Epifanija. Il-kelma epifanija ġejja mill-Grieg  “epiphainein” li tfisser “li tiżvela”. L-Epifanija mhix biss kommemorazzjoni ta’ avveniment storiku meta Kristu rċieva r-rigali tad-deheb, l-inċens u l-mirra mit-tliet rejiet, iżda hija okkażjoni biex nirriflettu fil-fond ta’ ġewwa fina t-tifsira vera ta’ din ir-rivelazzjoni ta’ Alla Missierna. Alla ta […]

IL-MAGHMUDIJA TAL-MULEJ GESU – IL-HADD, 9 TA’ JANNAR, 2021

by Administrator

Il-Magħmudija tal-Mulej Ġesu’ 1. Il-Quddies u l-Funzjonijiet tas-Santwarju : Tistgħu issegwuh minn fuq il-Facebook Page tal-Parroċċa. Iktbu “Parroċċa Franġiskana Santwarju Madonna Sacro Cuor”. 2. Il-Kummissjoni Kateketika tal-Parroċċa tagħna tfakkar : Li matul din il-ġimgħa jerġgħu jibdew il-Lezzjonijiet tal-Katekiżmu. Importanti li l-Ġenituri jwieġbu għall-Emails tal-Katekisti. 3. It-Tlieta 11 sal-Ħamis 13 ta’ Jannar : Il-Kappillani nkunu ‘Live-In’ […]

Marija Omm Alla – Tony Mahoney ofs

by Administrator

MARIJA, OMM ALLA. Ix-xbiha ta’ Marija, bħala l-Omm Reġina, hija direttament marbutha mal-ewwel Domma tal-Knisja: ‘Marija hija Omm Alla’. Bil-Grieg tissejjah ‘Theo tokos’, li tfisser ‘Dik li ġarret lil Alla’. Dan huwa l-aktar titolu antik mogħti ‘l Marija, u l-aktar użat. Din id-devozzjoni ilha ġejja mill-ewwel sekli tal-Knisja. Dan it-titlu jinsab fit-talba tas-seklu 3, ‘Sub […]

L-EPIFANIJA TAL-MULEJ – IL-HADD – 2 TA’ JANNAR, 2022

by Administrator

L-Epifanija tal-Mulej Ġesu’ Il-Ġabra tal-Ġimgħa 31 ta’ Diċembru u s-Sibt 1 ta’ Jannar, ĠABRA GĦAD-DAR TAL-PROVIDENZA = €2,000. 1. Il-Quddies u l-Funzjonijiet tas-Santwarju : Tistgħu issegwuh minn fuq il-Facebook Page tal-Parroċċa. Iktbu “Parroċċa Franġiskana Santwarju Madonna Sacro Cuor”. 2. Il-Ħamis 6 ta’ Jannar : 7.30pm Nagħtu bidu għall-Kors ta’ Kana. 3. Il-Ġimgħa 7 ta’ Jannar […]

IL-HADD, 2 TA’ JANNAR 2022

by Administrator

  Il-Fondazzjoni u l-Ghaqda Volontarja “Il-HBieb tas-Santwarju”, filwaqt li jirringrazzjaw lil benefatturi kollha, jawguraw Sena Gdida mimlija Hena, Risq u Barkiet mis-Sema.   Il-Fondazzjoni theggeg u tappella lil kulhadd biex f’dan il-weekend aghtu donazzjoni mill-qalb lid-Dar tal-Providenza.