L-Epifanija tal-Mulej Ġesu’
Il-Ġabra tal-Ġimgħa 31 ta’ Diċembru u s-Sibt 1 ta’ Jannar, ĠABRA GĦAD-DAR TAL-PROVIDENZA = €2,000.
1. Il-Quddies u l-Funzjonijiet tas-Santwarju :
Tistgħu issegwuh minn fuq il-Facebook Page tal-Parroċċa.
Iktbu “Parroċċa Franġiskana Santwarju Madonna Sacro Cuor”.
2. Il-Ħamis 6 ta’ Jannar :
7.30pm Nagħtu bidu għall-Kors ta’ Kana.
3. Il-Ġimgħa 7 ta’ Jannar :
L-1 Ġimgħa tax-Xahar, il-Patrijiet iżuru l-morda/anzjani.
4. Il-Fondazzjoni u l-Għaqda Volontarja “Ħbieb tas-Santwarju” : Tirringrazzja lil benefatturi kollha, u tawgura Sena Ġdida mimlija Hena, Risq u Barkiet mis-Sema.
5. Ir-Relikwa tal-Beatu Carlo Acutis :
Se tinġieb il-Parroċċa mit-Tnejn 17 sal-Ħadd 23 ta’ Jannar.
6. Il-Kummissjoni Festi : Tirringrazzja lil kull min ikkontribwixxa biex inġabru għotjiet għas-Sorijiet Ursolini tal-Creche, għat-Tfal ta’ St Patricks u għall-Familja fil-bżonn.
7. Grazzi tal-ġenerożita’ u tas-sapport li tagħtu lilna l-patrijiet : Grazzi wkoll tal-affarijiet li ġibtu għal min hu fil-bżonn, tal-punżjetti u tas-servizz li tagħtu.
IL-MULEJ IKOMPLI JBERIKKOM MATUL IS-SENA 2022
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL:2131 3505 / 7953 7719.