Posts from June 2021

9 Items

Iż-żewġ kolonni li jaqblu u ma jaqblux – Tony Mahoney ofs

by Administrator

Jistgħu żewġ kolonni li qed iżommu binja kbira ma jkunux l-istess? Altru li LE. Iżda jekk ikunu tal-istess għoli, u tal-istess forza, jistgħu ikunu, avolja jkunu ta’ stili differenti. Pawlu, Appostlu li qatt ma ltaqa’ ma’ Kristu, mar biex jiltaqa’ ma’ Pietru u Ġakbu fl-ewwel viżta tiegħu lejn Ġerusalemm. Probabbli ħafna li la Ġakbu, lanqas […]

IT-TLETTAX-IL HADD – IL-HADD, 27 TA’ GUNJU, 2021

by Administrator

PROGRAMM TAL-FESTA TAS-SULTANA TAGĦNA 1. Il-Ħadd 27 ta’ Ġunju : Festa tat-Tfal u Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni. 11.00am Quddiesa bil-Preżentazzjoni tat-Trabi u tat-Tfal lis-Sultana Tagħna. 6.30pm Quddiesa Konċelebrata b’Tifkira tal-Inkurunazzjoni tal-Istatwa. 2. It-Tnejn 28 ta’ Ġunju : Jum il-Benefatturi Ħajjin u Mejtin. Ikollna Quddies fil-5.00pm u fis-6.30pm. 3. It-Tlieta 29 ta’ Ġunju : Solennita’ ta’ San […]

Jien gharef jew injurant? – Peter Darmanin ofs

by Administrator

Jien gharef jew injurant?Il-Ktieb tal-Għerf iqabbel il-ħajja tal-għorrief ma’ dawk tal-boloh.Ma jitkellimx mill-għerf bħala xi ħaġa tal-moħħ, imma bħala kwalità tal-ħajja sħiħa, ħajja mgħejxa bil-għaqal u l-qdusija. Bl-istess mod, dawk li m’għandhomx għerf huma magħluqa fl-injoranza, mhux tal-moħħ, imma tar-rieda ħażina tagħhom. L-injurant fil-Bibbja mhuwiex dak li ma jafx jaqra jew jikteb, imma dak li […]

IT-TNAX-IL HADD TAS-SENA – 20 TA’ GUNJU, 2021

by Administrator

PROGRAMM TAL-FESTA 2021. 1. L-Erbgħa 23 ta’ Ġunju : L-aħħar Erbgħa tal-Madonna. Nirringrazzjaw lill-Predikatur Fr Stefan Attard li kien magħna għall-Erbgħat kollha. 2. Il-Ħadd 27 ta’ Ġunju : Festa tat-Tfal u Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni. 11.00am Quddiesa bil-Preżentazzjoni tat-Trabi u tat-Tfal lis-Sultana Tagħna. 6.30pm Quddiesa Konċelebrata b’Tifkira tal-Inkurunazzjoni tal-Istatwa. 3. It-Tnejn 28 ta’ Ġunju : Jum […]

Il-Mixja – Pauline Darmanin ofs

by Administrator

F’dawn l-ahhar xhur hajjitna nbidlet, f’dak li naghmlu u li ma nistghux naghmlu, fejn nistghu mmorru u ma mmorrux, meta stajna niltaqghu ma familjari, ma’ hbieb, meta xxennaqna ghalihom u rajnihom u kellimnihom biss ‘online’. Imma l-Knisja bhal kull sena ohra baqghet ghaddejja l-istess! Baqghet tipprezentalna l-istorja, l-esperjenza tas-Salvazzjoni taghna u tistedinna li nimxu maghha […]

IL-HDAX-IL HADD TAS-SENA – 13 TA’ GUNJU, 2021

by Administrator

1. Il-Ħadd 13 ta’ Ġunju : Festa ta’ Sant Antnin ta’ Padova. Fil-Quddiesa tad-9.30am infakkru l-Festa tiegħu billi ssir il-Barka fuq it-Tfal u fuq il-Ħobż ta’ Sant’ Antnin. • U nagħmlu t-Talba tal-Konsagrazzjoni lil Sant Antnin fuq it-Tfal u l-Abbatini. • U nitolbu lil dan il-Qaddis biex jipproteġihom u jħarishom. 2. It-Tnejn 14, It-Tlieta 15 […]

L-Adorazzjoni Ewkaristika – Cecilia Attard ofs

by Administrator

L-ADORAZZJONI EWKARISTIKA F’dan ix-xahar ta’ Gunju, meta qeghdin niccelebraw il-festa ta’ Corpus Christi u l-festa tal-Qalb ta’ Gesu, ma nistghux ma nahsbux fuq il-kobor ta’ l-Ewkaristija li waqqaf ghalina Sidna Gesu Kristu fl-Ahhar Cena u l-importanza li ghandna naghtu lill-Adorazzjoni Ewkaristika.  Jista’ jkun li ahna stess lanqas nirrealizzaw li l-ewwel okkazzjoni fejn naduraw l-Ewkaristija hija […]

IL-HADD 6 TA’ GUNJU, 2021 – FESTA TA’ CORPUS CHRISTI

by Administrator

CORPUS CHRISTI 1. Temmejna l-Kors ta’ Kana : Kelma ta’ ringrazzjament lil Francis u Anne Cuschieri li mexxew dan il-Kors bil-lingwa Ingliża. 2. It-Tlieta 8 ta’ Ġunju : 7.00pm L-OFS ser ikollhom taħdita fil-Knisja minn Patri Stephen Sciberras ofm, id-Direttur Spiritwali tal-OFS. Il-Laqgħa hi miftuħa għal kulħadd. 3. L-Erbgħa 9 ta’ Ġunju : Inkomplu bl-Erbgħat. […]

Għandna bzonnok! – Joe Gatt ofs

by Administrator

GħANDNA BZONNOK! Għeżież Huti Franġiskani, Ix-xewqa t’ Alla hi mnaqqxa f’qalb il-bniedem, għax il-bniedem inħalaq minn Alla u għal Alla. Alla ma jieqaf qatt jiġbed il-bniedem lejh, u f’Alla biss il-bniedem isib il-verita u l-hena li qatt ma jieqaf ifittex. Il-verita, l-onesta u l-imħabba l-bniedem jipretendihom u jfittixhom f’dawk ta’ madwaru, bħal ġenituri, fl-aħwa, l-għalliema, […]