PROGRAMM TAL-FESTA TAS-SULTANA TAGĦNA
1. Il-Ħadd 27 ta’ Ġunju : Festa tat-Tfal u Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni.
11.00am Quddiesa bil-Preżentazzjoni tat-Trabi u tat-Tfal lis-Sultana Tagħna.
6.30pm Quddiesa Konċelebrata b’Tifkira tal-Inkurunazzjoni tal-Istatwa.
2. It-Tnejn 28 ta’ Ġunju : Jum il-Benefatturi Ħajjin u Mejtin. Ikollna Quddies fil-5.00pm u fis-6.30pm.
3. It-Tlieta 29 ta’ Ġunju : Solennita’ ta’ San Pietru u San Pawl. Quddies bħal Ħadd.
4. L-Erbgħa 30 ta’ Ġunju, il-Ħamis 1 u l-Ġimgħa 2 ta’ Lulju : Huma l-Jiem tat-Tridu.
5.45pm Novena Perpetwa, Kant tat-Talb tal-Għasar, Quddiesa Kantata.
Jippriedka Patri Andrew Galea ofm conv. Kappillan tal-Parroċċa tal-Qawra,
Kurunella, Innu, Antifona u Barka Sagramentali.
5. Is-Sibt 3 ta’ Lulju : Lejliet il-Festa.
9.00am Quddiesa bil-Kant tat-Te Deum.
4.30pm Rużarju. 5.00pm Quddiesa.
6.00pm Translazzjoni Solenni mill-Artal ta’ San Franġisk.
Mistiedna jieħdu sehem mall-Komunita’ Franġiskana, l-OFS, il-Fratellanzi tas-Sagrament u tal-Madonna, ir-Reffiegħa tal-Istatwa u l-Abbatini.
Titkanta l-Antifona u Quddiesa Konċelebrata mill-Vigarju Provinċjali Patri Marcello Ghirlando ofm.
6. Il-Ħadd 4 ta’ Lulju : Jum il-Festa.
7.00am Quddiesa bit-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum.
9.00am Konċelebrazzjoni Solenni mill-Vigarju Provinċjali Patri Marcello Ghirlando ofm.
Jinseġ il-Paniġierku Mons. Joseph Sultana, Arċipriet tal-Katidral ta’ Għawdex.
5.30pm Rużarju. 6.30pm Quddiesa bil-Kant tas-Salmi tal-Għasar.
7. Il-Fondazzjoni Manutenzjoni Santwarju/Kunvent : Flimkien mall-Fraternita’ Franġiskana waqqfu Għaqda Volontarja bl-Isem: “IL-ĦBIEB TAS-SANTWARJU,” biex tkun tista’ tapplika għal Fondi mill-Gvern Lokali u mill-Unjoni Ewropeja.
Bi pjacir inħabbru li l-ISTATUT TAL-GĦAQDA ĠIE APPROVAT mill-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji.
L-ewwel applikazzjonijiet se jkunu biex jinbidel il-Membrane kollu tas-soqfa tas-Santwarju u biex isir il-membrane madwar il-koppla, li sa llum qatt ma kellha.
Dawn jitolbu eluf kbar ta’ ewro f’manutenzjoni.
Il-Parruċċani, il-ħbieb u l-familjari tagħkom huma mħeġġa jissieħbu bħala membri f’din l-Għaqda biex jintlaħaq dan l-iskop.
B’hekk inħallu lil ta’ warajna Santwarju aħjar u isbaħ.
Il-Miżata tas-Sħubija hija ta’ €25 fis-sena bid-drittijiet kollha skond l-iStatut.
Il-Formoli jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kappillan jew minn fuq il-kaxxa li tinsab fl-artal tal-Qalb ta’ Ġesu.
Imlew il-Formola u għadduha lill-Kappillan flimkien mal-ħlas ta’ €25, jew titpoġġa f’envelop flimkien mal-ħlas u titwaddab fil-kaxxa.
8. Il-Kummissjoni Festi tavża : Li Illum qed issir il-ġabra specjali b’risq il-festa. Nirringrazzjawkom tal-generozita taghkom.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.