Ejja Spirtu Santu – Mariella Spiteri Gonzi ofs
EJJA SPIRTU SANTU Ftit ilu kont qed naħseb dwar jekk għandix inneħħi uħud mill-mezzi tal-midja soċjali tiegħi bħal, per eżempju, Facebook. Xi kultant, minn meta tkun ftaħtu sa ma terġa’ tagħlqu, ikunu għaddew sigħat sħaħ! Madankollu, immedjatament ftakart kemm inħobb naqra ‘posts’ spiritwali mill-isbaħ minn membri oħra tal-Ordni Franġiskan Sekular, anki dawk minn pajjiżi oħra. […]
