Avviżi tal-Parroċċa

431440 of 526 items

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 28 TA’ MEJJU, 2017

by Administrator

It-Tlieta: Fis-7.30pm se nitolbu flimkien ir-Rużarju fil-kantuniera bejn Triq San Alfons u Triq is-Salvatur. Inħeġġu b’mod speċjali r-residenti ta’ dawn l-inhawi biex jattendu. L-Erbgħa : Fl-aħħar tal-Quddiesa tad-9.00am se jitbierku l-fdalijiet ta’ P. Egidju Ferriggi O.F.M. (1911-2000), li kien Kappillan tal-Parroċċa tagħna fi żmien il-gwerra. Dawn inġabu mill-Awstralja biex ikunu jistgħu jindifnu fil-kappella tal-Provinċja tagħna, […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 21 TA’ MEJJU, 2017

by Administrator

Mit-Tnejn sal-Ħamis li ġej aħna l-Patrijiet Franġiskani se niċċelebraw l-Kapitlu Provinċjali. Nistiednukom biex tinqgħadu magħna fit-talb halli ngħarfu wkoll illum inkunu messaġġiera tal-Mulej. It-Tlieta : Fis-6.30pm se nkomplu ż-żjarat u t-tberik tal-familji li joqgħodu fi Triq Santa Marija. Fis-7.30pm se nitolbu r-Rużarju flimkien fit-Triq Sant’Agata. L-Erbgħa : Inkomplu l-Erbgħat tal-Madonna bi tħejjija għal-festa. Fis-6.30pm Quddiesa […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 12 TA’ MEJJU, 2017

by Administrator

Illum (il-Ħadd) fil-Quddiesa tad-9.30am se nfakkru JUM L-OMM. Għalhekk qed nistiednu lill-ġenituri u t-tfal biex jattendu għaliha. Fl-istess waqt nitolbu u nawguraw l-festa t-tajba lill-Ommijiet kollha. It-Tlieta : Fis-6.30pm se nkomplu ż-żjarat u t-tberik tal-familji li joqgħodu fi Triq Santa Marija. Fis-7.30pm se nitolbu r-Rużarju flimkien fil-kantuniera bejn it-Toroq San Trofimu u San Guzepp. L-Erbgħa […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 5 TA’ MEJJU, 2017

by Administrator

Illum (il-Ħadd) fis-7.15 pm se jintalab ir-Rużarju fi Ġnien Indipendenza. It-Tnejn : Fid-9.30am se jsir il-laqgħa tal-membri tal-Fratellanza tas-Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Fil-11.00am Rużarju u fil-11.30am Quddiesa u Supplika tal-Madonna ta’ Pompei. It-Tlieta : Festa ta’ San Gorg Preca. Fis-6.30pm se nkomplu ż-żjarat u t-tberik tal-familji li joqgħodu fi Triq San Marija. Fis-7.30pm se nitolbu […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 30 TA’ APRIL, 2017

by Administrator

Illum (il-Ħadd) qed niċċelebraw JUM IL-KARITA. Noffru t-talb u l-offerti tagħna għall-bżonnijiet tad-djar tal-Karita li tmexxi l-Knisja f’ Malta. It-Tnejn : Festa ta’ S. Ġuzepp Ħaddiem. L-Unita 10 fid-9.00am se torganizza seminar għall-ministri straordinarji kollha tat-Tqarbin fil-Parroċċa ta’ Ġesu Nazzarenu. It-Tlieta : Fis-6.30 pm se nkomplu ż-żjarat u t-tberik tal-familji li joqgħodu fi Triq S. […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 23 TA’ APRIL, 2017

by Administrator

Illum (il-Ħadd) qed niċċelebraw l-festa tal-Ħniena Divina. Fil-5.30pm Adorazzjoni u fis-6.30 pm Quddiesa. It-Tnejn : Filgħodu l-Kappillani tal-Unita 10 se jiltaqgħu fil-kunvent tagħna. Fil-5.00pm jitkomplew l-laqgħat tal-Katekiżmu tat-tfal. L-Erbgħa : Il-Kummissjoni Anzjani se torganizza ikla tal-Għid. Tluq mis-Savoy bus stop fil-8.50 am. Il-Ħamis : Fis-5.30 pm Adorazzjoni u fis-7.00 pm Lectio Divina. …………………………….. Il-ġabra speċjali […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 16 TA’ APRIL, 2017

by Administrator

Il-Fraternita Franġiskana u dik Parrokkjali jawguraw l-GĦID IT-TAJJEB lil kulħadd, filwaqt li nirringrazzjawkhom tal-presenza u l-għajnuna ġeneruża li tajtu, b’mod speċjali, f’ dawn il-jiem li għaddew. ………………………………….. It-Tlieta : Wara l-Quddiesa tas-6.30pm se jerġgħu jiltaqgħu l-membri tal-Ordni Franġiskan Sekular. Il-Ħamis : Fis-5.30pm Adorazzjoni u fis-7.00pm Lectio Divina. Il-Ġimgħa : Fis-7.00 pm se jerġa’ jiltaqa’ l-Kunsill […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 9 TA’ APRIL, 2017

by Administrator

Illum (il-Ħadd) Ħadd il-Palm u Jum l-Art Imqaddsa. Fid-9.15 am ninġabru lkoll ħdejn il-Kappella tal-Adorazzjoni, fejn jkollna t-tberik taż-żebbuġ u l-purċissjoni. Il-talb u l-ġabra se jkunu għal Missjoni Franġiskana tal-Art Imqaddsa. It-Tnejn : Fil-Quddiesa tas-6.30 pm se jsir il-ħasil tar-riġlejn tat-tfal. Wara se tingħata tifkira lit-tfal kollha. It-tfal u l-ġenituri huma mistiedna biex jattendu. It-Tlieta: […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 2 TA’ APRIL, 2017

by Administrator

Nirringrazzjaw minn qalbna lil dawk kollha li organizzaw u li ħadu sehem fil-Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza li għamilna l-Ħadd li għadda. …………………………………… Illum (il-Ħadd) fis-7.15pm se jintalab ir-Rużarju fi Ġnien Indipendenza. It-Tnejn : Wara l-Quddiesa tas-6.30pm jibda l-aħħar kors ta’ Eżerċzzi. Il-predikatur se jkun P. Christopher Farrugia O.F.M. Il-Ħamis: Fil-5.30pm Adorazzjoni f’ġieħ il-Ħniena […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 26 TA’ MARZU, 2017

by Administrator

Matul dawn il-jiem nitolbukhom sabiex tingħaqdu magħna fit-talb għas-suċċess taż-Żjara Franġiskana, li qed ssir fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien. Minħabba li llum biddilna l-ħin għal dak tas-sajf, il-quddiesa ta’ filgħaxija – bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa – mill-ġimgħa d-dieħla se tibda tkun fis-6.30 pm. Illum – il-Ħadd – fiċ-Ċentru Parrokkjali se ssir il-Maratona ta’ Talb, Sawm u […]