Patri PawlIl-Fraternita Franġiskana u dik Parrokkjali jawguraw l-GĦID IT-TAJJEB lil kulħadd, filwaqt li nirringrazzjawkhom tal-presenza u l-għajnuna ġeneruża li tajtu, b’mod speċjali, f’ dawn il-jiem li għaddew.
…………………………………..

It-Tlieta : Wara l-Quddiesa tas-6.30pm se jerġgħu jiltaqgħu l-membri tal-Ordni Franġiskan Sekular.

Il-Ħamis : Fis-5.30pm Adorazzjoni u fis-7.00pm Lectio Divina.

Il-Ġimgħa : Fis-7.00 pm se jerġa’ jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali

Il-Ħadd li ġej niċċelebraw l-festa tal-Ħniena Divina. Fil-5.30 pm Adorazzjoni u fis-6.30pm Quddiesa.
…………………………………..

Id-donazzjonijiet li jingħataw nhar l-Erbgħa filgħaxija lil ALS Foundation kienu jlaħħqu s-somma ta’ €564.60. Grazzi ħafna
…………………………………..

Attivitajiet tal-festa

Nhar il-Ħamis li ġej ser issir bingo specjali tal-Għid b’rigali għal kulħadd fil-Każin fis-7.30pm.

Il-bingo, li ssir kull nhar t’ Erbgħa u kull nhar ta’ Ħadd, se jsir bħas-soltu fis-7.30pm. Nfakkrukom li l-qliegħ qiegħed jmur b’risq ir-restawr tal-ventartali tal-knisja tagħna.
…………………………………..

RIP
Veronica Merceica twieldet għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.