Mit-Tnejn sal-Ħamis li ġej aħna l-Patrijiet Franġiskani se niċċelebraw l-Kapitlu Provinċjali. Nistiednukom biex tinqgħadu magħna fit-talb halli ngħarfu wkoll illum inkunu messaġġiera tal-Mulej.
It-Tlieta : Fis-6.30pm se nkomplu ż-żjarat u t-tberik tal-familji li joqgħodu fi Triq Santa Marija. Fis-7.30pm se nitolbu r-Rużarju flimkien fit-Triq Sant’Agata.
L-Erbgħa : Inkomplu l-Erbgħat tal-Madonna bi tħejjija għal-festa. Fis-6.30pm Quddiesa minn P. Allister Aquilina O.F.M. Konv. Wara tingħata l-Barka Sagramentali.
Il-Ħamis: Fis-5.30pm Adorazzjoni, fis-6.30pm Quddiesa, li fiha jsir il-vestizzjoni ta’ membri ġodda fil-Fratellanza tal-Madonna, u fis-7.00pm Lectio Divina. Fis-6.45pm, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali, se ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal, li dalwaqt se jgħamlu l-Ewwel Tqarbina.
Il-Ġimgħa : Fis-5.45pm Rużarju, Għasar u fis-6.30pm Quddiesa Solenni fl-okkażjoni tal-festa liturġika tal-Madonna tas-Sacro Cuor, li fiha l-ministri straordinarji tat-Tqarbin se jġeddu l-mandat. Inħeġġukom biex tattendu.
…………………………………..
Attivita b’risq il-festa
Is-Sibt u l-Ħadd qed ssir bazzar fil-Każin bejn it-8.00am u t-8.00pm. Hemm ħafna affarijiet b’irħas.
…………………………………..
Cecilia Muscat twieldet għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.
0 Comments