Fr Alex Borg OFMIllum (il-Ħadd) qed niċċelebraw JUM IL-KARITA. Noffru t-talb u l-offerti tagħna għall-bżonnijiet tad-djar tal-Karita li tmexxi l-Knisja f’ Malta.

It-Tnejn : Festa ta’ S. Ġuzepp Ħaddiem. L-Unita 10 fid-9.00am se torganizza seminar għall-ministri straordinarji kollha tat-Tqarbin fil-Parroċċa ta’ Ġesu Nazzarenu.

It-Tlieta : Fis-6.30 pm se nkomplu ż-żjarat u t-tberik tal-familji li joqgħodu fi Triq S. Marija. Fis-7.30pm se nitolbu r-Rużarju flimkien fil-kantuniera bejn Toroq Tonna u Beresford.

Il-Ħamis : Fis-5.30pm Adorazzjoni f’ ġieħ il-Ħniena Divina u fis-7.00pm Lectio Divina.

Il-Ġimgħa : L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-7.00pm Adorazzjoni Komunitarja.

Il-Ħadd li ġej il-Quddiesa tad-9.30 am se tkun animata mill-Banda Sliema, bħala tifkira tat-twaqqif tagħha.

Fit-12 u fit-13 ta’ Mejju se nfakkru l-100 sena mid-dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima. Id-dettalji qed jidhru fin-noticeboard.
………………………………….

Attivitajiet b’risq il-festa

Nhar il-Ġimgħa fit-8.30pm ser jsir Maltese Night fil-Każin. Prezz €15. Bookings mingħand Brian Vigar. Qegħdin jinġabru affarijiet għal bazaar, li ser jsir lejn l-aħħar ta’ Mejju. Min
għandu xi affarijiet jċempel fuq in-numru li hemm fin-notice boards.