Fr Alex Borg OFMIllum (il-Ħadd) fil-Quddiesa tad-9.30am se nfakkru JUM L-OMM. Għalhekk qed nistiednu lill-ġenituri u t-tfal biex jattendu għaliha. Fl-istess waqt nitolbu u nawguraw l-festa t-tajba lill-Ommijiet kollha.

It-Tlieta : Fis-6.30pm se nkomplu ż-żjarat u t-tberik tal-familji li joqgħodu fi Triq Santa Marija. Fis-7.30pm se nitolbu r-Rużarju flimkien fil-kantuniera bejn it-Toroq San Trofimu u San Guzepp.

L-Erbgħa : Nkomplu l-Erbgħat tal-Madonna bi tħejjija għal-festa. Fis-6.30pm Quddiesa minn P. Allister Aquilina O.F.M. Konv. Wara tingħata l-Barka Sagramentali. Fis-7.15pm se ssir is-Seduta Ġenerali tal-membri tal-Fratellanza tal-Madonna fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Il-Ħamis: Fis-5.30pm Adorazzjoni u fis-7.00pm Lectio Divina.
…………………………….

Il-ġabra speċjali tax-xahar laħqet is-somma ta’ €607.18. Grazzi ħafna.
…………………………….

Attivitajiet b’risq il-festa

Il-bazaar ser jsir bejn nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej mit-8.00am sat-8.00pm ġewwa l-Każin. Min għandu xi affarijiet jista’ jċempel fuq t-telefown li hemm fin-notice board. Nhar is-27 ta’ Mejju ser jsir bbq fil-bitha tal-kunvent. Għal gita f’Katanja baqa’ biss 2 postijiet. Bookings miftuħin u tistgħu tkellmu lil Brian Vigar.