Fr Alex Borg OFMIt-Tlieta: Fis-7.30pm se nitolbu flimkien ir-Rużarju fil-kantuniera bejn Triq San Alfons u Triq is-Salvatur. Inħeġġu b’mod speċjali r-residenti ta’ dawn l-inhawi biex jattendu.

L-Erbgħa : Fl-aħħar tal-Quddiesa tad-9.00am se jitbierku l-fdalijiet ta’ P. Egidju Ferriggi O.F.M. (1911-2000), li kien Kappillan tal-Parroċċa tagħna fi żmien il-gwerra. Dawn inġabu mill-Awstralja biex ikunu jistgħu jindifnu fil-kappella tal-Provinċja tagħna, li hemm l-Addolorata.

Fid-9.30 am, fiċ-Ċentru Sant’Antnin, se ssir taħdita mis-Sur David Spiteri, dwar ‘Osteoarthritis’ u suġġetti oħra relatati mas-saħħa. Kulħadd huwa mistieden. Imbgħad filgħaxija nkomplu l-Erbgħat tal-Madonna bi tħejjija għal-festa.

Fis-6.30pm Quddiesa minn P. Allister Aquilina O.F.M. Konv. Wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ħamis: Fis-5.30pm Adorazzjoni f’ġieħ il-Ħniena Divina u fis-7.00pm Lectio Divina. Fil-Knisja Parrokkjali tat-Trinita, Marsa, fis-6.30 pm se jsir Servizz Ekumeniku.

Il-Ġimgħa: L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-7.00pm Adorazzjoni Komunitarja.
…………………………………….
Fid-9 ta’ Ġunju se jsir kunċert mill-kor talk-Kappella Sistina fil-Kon- katidral ta’ San Ġwann.

Aktar informazzjoni qed tidher fin-noticeboard.
…………………………………….

Attivitajiet b’risq il-festa

It-tombla ha ssir l-Erbgħa bħas-soltu u l-Ġimgħa. Il-Ġimgħa ha ssir flok il-Ħadd, peress li dakinhar il-Każin se jkun magħluq. Għall-pellegrinaġġ ta’ Fatima, Lisbona u Madrid għad baqa’ 2 postijiet.
…………………………………….

Hubert Caruana u Victor Abela twieldu għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.