Timeline

191200 of 381 items

L-Epifanija – Mariella Spiteri Gonzi ofs

by Administrator

L-EPIFANIJA Il-Ħamis li għadda, fis-6 ta’ Jannar, iċċelebrajna l-festa tal-Epifanija. Il-kelma epifanija ġejja mill-Grieg  “epiphainein” li tfisser “li tiżvela”. L-Epifanija mhix biss kommemorazzjoni ta’ avveniment storiku meta Kristu rċieva r-rigali tad-deheb, l-inċens u l-mirra mit-tliet rejiet, iżda hija okkażjoni biex nirriflettu fil-fond ta’ ġewwa fina t-tifsira vera ta’ din ir-rivelazzjoni ta’ Alla Missierna. Alla ta […]

Marija Omm Alla – Tony Mahoney ofs

by Administrator

MARIJA, OMM ALLA. Ix-xbiha ta’ Marija, bħala l-Omm Reġina, hija direttament marbutha mal-ewwel Domma tal-Knisja: ‘Marija hija Omm Alla’. Bil-Grieg tissejjah ‘Theo tokos’, li tfisser ‘Dik li ġarret lil Alla’. Dan huwa l-aktar titolu antik mogħti ‘l Marija, u l-aktar użat. Din id-devozzjoni ilha ġejja mill-ewwel sekli tal-Knisja. Dan it-titlu jinsab fit-talba tas-seklu 3, ‘Sub […]

Qalb wahda ma’ Kristu – Cecilia Attard ofs

by Administrator

Gheziez huti fi Kristu u San Frangisk, Ghadna kif iccelebrajna l-Milied Mqaddes u l-festa tal-Familja Mqaddsa.  Issa qed nippreparaw ghac-celebrazzjoni ta’ l-ewwel tas-sena. Kull ma naghmlu u niccelebraw dejjem irriedu nippreparaw ruhna ghalih.  Hekk ghamel Gwanni l-Battista – hu pprepara t-triq ghal migja ta’ Gesu. Qrajna fil-Vangelu ta’ erbat ihdud ilu kif il-Battista kien bla […]

Nersqu eqreb lejn il-Milied – Mariella Spiteri Gonzi ofs

by Administrator

NERSQU EQREB LEJN IL-MILIEDQed nersqu eqreb u eqreb lejn l-Milied u forsi ħafna minna diġà nqbadna fl-attivitajiet impenjattivi ta’ din il-festa. Imma l-Avvent huwa żmien ta’ stennija, ta’ kalma, ta’ żmien fejn irridu nitgħallmu “nafdaw fil-ħidma bil-mod t’Alla” (Teilhard de Chardin). Infatti, l-Avvent imur kontra l-kultura ta’ llum: kultura mgħaġġla, kultura li ma tafx tinstenna […]

Il-Hsieb tal-Milied – Joe Gatt ofs

by Administrator

Il-Ħsieb tal-Milied Sena 2021 Ħuti Franġiskani L-Avvent huwa differenti mir-Randan. Waqt li r-Randan ifisser iktar penitenzi, l-Avventifisser stennija, miġja, preparazzjoni ta’ ferħ u għaqda. Il-perijodu tal-Avvent huwa l-erba’ ġimgħat ta’ qabel il-lejl tal-Milied Il-bidu tal-Avvent huwa żmien ta’ stennija u preparazzjoni“Għax ma nafux meta jerġa’ jiġisid id-dar ……li ma jmurx jiġi għal għarrieda u jsibna […]

Il-Kuxjenza u l-Verità Morali għandhom imorru id f’id. – Brigitte Attard ofs

by Administrator

Maħbubin ħuti fi Kristu u San Franġisk Il-Kuxjenza u l-Verità Morali għandhom imorru id f’id. Il-Knisja Kattolika minn dejjem tgħallem fuq il-Verità.  Ġesù ġie mistoqsi minn Pilatu “U l-verità x’inhi?”(Gw: 18:38)  Din il-mistoqsija għada sfida għall-bniedem ta’ llum li għandu bżonn gwida ċara fuq x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin fejn tidħol moralità u Fidi. Il-Kardinal […]

Min huma l- Qaddisin? – Joe Debono ofs

by Administrator

Huti Frangiskani. Illum rega’ jmiss lili sabiex nikteb xi haga zghira u nwassalha lilkom f’ dawn il-messaggi ta’ nhar ta’ Tlieta. Dhalna gmielna fix-xahar ta’ Novembru anzi wasalna fl-ahhar u ghalhekk hassejt li naqsam maghkom zewg hsibijiet li ghaddew minn mohhi matul dan iz-zmien. Dan ix-xahar lili jfakkarni fil-Qaddisin kollha., solennita li tigi iccelebrata appuntu […]

KIf Jahsibha Alla fuq il-hazen tallum – Cecilia Attard ofs

by Administrator

Gheziez huti fi Kristu u San Frangisk, Laqtitni din ir-riflessjoni li torbot mal-Vangelu ta’ San Luqa, Kap VI, 1-5, meta l-Farizej tkazaw bid-dixxipli ta’ Gesu ghax bdew jaqtghu s-sbul, ifarrkuh b’idejhom u jikluh.  Dan ghaliex kien is-Sibt u allura, skond il-Farizej, dak li kienu qed jaghmlu d-dixxipli kien dnub  ghax ma kienx jiswa f’dan il-jum.  […]

Komunita’ maghquda mal-Papa – Mariella Spiteri-Gonzi ofs

by Administrator

Illum, 9 ta’ Novembru, niċċelebraw il-festa tad-Dedikazzjoni tal-Bażilika ta’ San Ġwann Lateran f’Ruma. Fil-faċċata nsibu l-iskrizzjoni li tgħid: “L-omm u l-Padruna tal-Knejjes kollha ta’ Ruma u fid-dinja”. Din il-bażilika hija importanti għalina Kristjani għal żewġ raġunijiet. San Ġwann Lateran hija mimlija storja kristjana bikrija. Per eżempju, l-Artal tal-injam li fuqu San Pietru ċċelebra quddiesa waqt […]

Tifkira tal-Mejtin kollha – Brigitte Attard ofs

by Administrator

Maħbubin ħuti fi Kristu u San Franġisk Illum, it-2 ta’ Novembru, il-Knisja tikkommemora il-Mejtin Kollha.  F’dan il-jum il-Knisja fuq din l-art titlob għall-Knisja fil-Purgatorju, bit-tama li ssir Knisja Waħda fil-Ġenna. Illum il-Kattoliċi jiftakru fl-erwieħ ta’ dawk l-imgħammdin li mietu, imma li għadhom mhumiex jgħixu fil-preżenza t’Alla fil-Ġenna.  Il-Knisja Kattolika tgħallimna li dawn l-erwieħ, li għandhom […]