Ordni Franġiskan Sekular

3140 of 213 items

Kunu lesti – Joe Debono ofs

by Administrator

KUNU LESTI Kien hemm koppja li kellhom tifel li ma kellhomx hliefu. Kien il-mimmi t’ghajnejhom u kienu jaghmlu minn kollox biex jarawh kuntent. Il-missier kien ragel ta’ l-affari tieghu hafna u ried li lil ibnu jtellghu ragel sew. Ghalhekk kien jipprova jderri lill-ibnu ghall-mumenti difficli tal-hajja u fejn kien ikun hemm bzonn kien icahhad lil […]

Id-devozzjoni lejn il-Madonna li tholl l-Ghoqiedi – Cecilia Attard ofs

by Administrator

Gheziez Huti fi Kristu u San Frangisk, ID-DEVOZZJONI LEJN IL-MADONNA LI THOLL L-GHOQIEDI Kif qeghdin taraw, din hi x-xbieha  ta’ Marija li Tholl l-Ghoqiedi li hi tant ghal qalb Papa Frangisku.  Kien permezz tieghu li din id-devozjoni bdiet issir aktar maghrufa u  tinxtered.  Kien proprju wara li mar lura l-Argentina fl-1986, wara li qatta ftit […]

In-natura ta’ l-imhabba – Brigitte Attard ofs

by Administrator

Maħbubin ħuti fi Kristu u San Franġisk Għandi żewġ ħsibijiet qsar mill-pinna ta’ Dorotheus, patri minn Gaza fil-Palestina (c. 500 -?) x’naqsam magħkom illum : 1. L-imħabba t’Alla u r-relazzjoni ma’ l-imħabba tal-proxxmu; 2. It-talb u l-umiltà. 1. Aktar ma nkunu magħqudin mal-proxxmu tagħna, aktar inkunu magħqudin m’Alla.  Biex nifhmu aħjar, Dorotheus jagħti mmaġini adattata […]

Il-Festa Solenni taz-Zewg Appostli – Tony Mahoney ofs

by Administrator

IL-FESTA SOLENNI TAŻ-ŻEWĠ KOLONNI Tista’ tgħid li f’kull Bażilika, madwar id-dinja, fuq il-presbiterju nsibu żewġ kolonni li qed iżommu l-piż tal-koppla fuqhom. Allura dawn huma l-pedament li fuqhom hija mibnija l-knisja jew il-Bażilika. Jekk tiġġarraf waħda minn dawn il-kolonni hemm il-periklu li tiġġarraf il-binja kollha.     Interessanti li dawn iż-żewġ kolonni huma magħrufin bħala San Pietru […]

L-Ghotja tal-Missier – Pauline Darmanin ofs

by Administrator

L-GHOTJA TAL-MISSIER Il- Hadd li ghadda ccelebrajna l-Festa maghrufa bhala l-Festa ta’ Corpus Christi, celebrazzjoni tal-Gisem u d-Demm ta’ Kristu, prezenti fostna fl-Ewkaristija. Fl-istess Hadd iccelebrajna wkoll Jum il-Missier! Hija gurnata meta l-ulied juru l-imhabba u r-rispett taghhom b’mod specjali, lil missier li ha hsiebhom, rabbihom u edukhom. L-ulied jahsbu biex juru dan, b’xi rigal, […]

Il-Festa tal-Qalb ta’ Gesu – Mariella Spiteri Gonzi ofs

by Administrator

Il-Qalb ta’ ĠesuMeta kont tifla, stampa sabiħa tal-Qalb ta’ Ġesù kienet imdendla fil-kamra tas-sodda tal-ġenituri tiegħi. Ġesù jitbissem, jindika b’imħabba lejn qalbu, inkurunata bix-xewk, f’ġest etern ta’ stedina. Kull meta ħarist lejn dik l-istampa, ħassejtni nħaddna, maħbuba — bħallikieku l-Mulej kien qed jistidinni biex nidħol fil-hena u fil-paċi Tiegħu. Ommi kellha devozzjoni kbira lejn il-Qalb ta’ Ġesu; kull […]

Il-Festa ta’ Pentekoste – Peter Darmanin ofs

by Administrator

Huti Frangiskani, Nhar il-Hadd li ghadda l-Knisja Kattolika, madwar id-dinja kollha, iccelebrat il-Festa ta’ Pentekoste. Il-Knisja taghlaq il-hamsin gurnata ta’ zmien il-Ghid permezz tas-solennita tal-Inzul ta’ l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli.  L-Ispirtu s-Santu, id-Difensur imwieghed minn Gesu nnifsu, jaghmel possibbli l-prezenza ta’ Gesu fil-Knisja wara t-tlugh tieghu fis-sema.  Permezz ta’ l-Ispirtu s-Santu, il-Misteru ta’ l-Ghid li […]

Tiddubitaw qatt mill-qawwa tat-Talba tar-Ruzarju – Peter Darmanin ofs

by Administrator

Gheziez huti Frangiskan Iz-zmien ghaddej u ma jistenna lil hadd. Illum inkantaw ta’ l-ahhar l-innu tant sabih, miktub mill-Poeta Nazzjonali, Dun Karm Psaila: Fil-Hlewwa ta’ Mejju”. Hmistax ohra tkun l-ahhar laqgha taghna fis-Santwarju qabel il-vaganzi tas-sajf. Madanakollu, il-messaggi ta’ kull nhar ta’ Tlieta jibqghu ghaddejjin ukoll matul il-vaganzi tas-sajf, halli b’mod virtwali nibqghu nduqu “Il-Hlewwa […]

Ir-Rabta ta’ Marija max-xahar ta’ Mejju – Cecilia Attard ofs

by Administrator

Gheziez Huti fi Kristu u San Frangisk,    IR-RABTA TA’ MARIJA MAX-XAHAR TA’ MEJJU   Hu difficli tghid ezatt ghaliex ix-xahar ta’ Mejju hu assocjat ma’ Ommna Marija.  Tradizzjonalment, Mejju  m’ghandux festa maggura Marjana marbuta mieghu, bhal, per ezempju, Awwissu u Dicembru.  Huwa biss wara r-riforma liturgika ta’ l-1969 illi l-festa tal-Visitazzjoni bdiet tigi ccelebrata […]

Ma nintilfux f’dak biss li hu spettakulari – Pauline Darmanin ofs

by Administrator

Joshua Bell huwa vjolinista pjuttost zaghzugh, ta’ fama internazzjonali. Il-kuncerti li jaghti  jkunu bbukkjati minn hafna qabel u trid thallas sew ghal biljett biex tattendi! B’mod legger is-surmast ta’ l-orkestra, flimkien ma hbieb ohra, kienu qed jiddiskutu x’jigbed lin-nies ghal kuncerti ta’ Bell u kemm verament dawn japprezzaw il-kapacita singulari tieghu. Waslu biex organizzaw esperiment. […]