Maħbubin ħuti fi Kristu u San Franġisk
Għandi żewġ ħsibijiet qsar mill-pinna ta’ Dorotheus, patri minn Gaza fil-Palestina (c. 500 -?) x’naqsam magħkom illum :
1. L-imħabba t’Alla u r-relazzjoni ma’ l-imħabba tal-proxxmu;
2. It-talb u l-umiltà.
1. Aktar ma nkunu magħqudin mal-proxxmu tagħna, aktar inkunu magħqudin m’Alla. Biex nifhmu aħjar, Dorotheus jagħti mmaġini adattata ħafna :
Immaġinaw cirku kbir imħażżeż mal-art b’kumpass, u li għandu ċentru. Nirreferu għan-nofs taċ-ċirku bħala eżatt fiċ-ċentru. Iċ-ċirku huwa d-dinja, iċ-ċentru huwa Alla u kull raġġ bejn il-periferija taċ-ċirku w iċ-ċentru jirrappreżenta stili jew modi differenti ta’ ħajja kif aħna l-bnedmin ngħixu. Meta l-qaddisin li xtaqu jersqu lejn Alla, resqu lejn in-nofs taċ-ċirku, aktar ma ppenetraw il-ġewwa lejn iċ-ċentru, aktar jersqu qrib xulxin fil-waqt li javviċinaw lejn Alla. Aktar ma jersqu viċin Alla, aktar jersqu qrib xulxin, hekk kif iżjed ma javviċinaw lil xulxin, aktar jersqu qrib Alla.
L-istess jiġri bil-maqlub meta nitbiegħdu minn Alla u nsibu ruħna barra jew fil-periferija taċ-ċirku. Aktar ma nitbiegħdu minn Alla, aktar nitbiegħdu minn xulxin. Hekk hi n-natura tal-imħabba. Anqas ma nħobbu lil Alla, aktar nitbiegħdu mill-imħabba tal-proxxmu tagħna. Għall-kuntrarju l-imħabba tagħna lejn Alla tressaqna lejĦ u aktar ma nersqu lejĦ, permezz tal-imħabba tagħna lejĦ nersqu qrib u nsiru nħobbu lill-proxxmu tagħna.
2. Bniedem li jitlob mingħajr waqfien, anke jekk jirnexxielu jikseb xi ħaga, jaf għaliex irnexxhielu. Għalhekk ma jistax jimtela’ bil-kburija minhabba għemilu ghax ma jistax jattribwixxi l-akwist lill-potenzjal u l-ħila tieghu, imma kull ma jirnexxhielu jagħmel huwa kollox permezz t’ Alla. Il-bniedem tat-talb dejjem jirringrazzja l’Alla u kontinwament jghajjat lil Alla ghax jibza’ li jitlef l-għajnuna tiegħU. Alla dejjem jagħtina d-dawl biex nifhmu r-rieda TiegħU jekk aħna nkunu lesti li nisimgħu w inwettqu r-rieda t’Alla,
Paċi u ġid
Brigitte Attard ofs – Fraternita Sliema
0 Comments