Min hu l-Proxxmu tiegħi!
1. F’isem il-Fraternita’ Franġiskana : Nirringrazzja lil Alla u lil Madonna tal-Festa li ċċelebrajna flimkien din is-sena.
Grazzi lil kull min b’xi mod involva ruħu biex kellna kollox xieraq għal din il-Festa.
Grazzi wkoll lil kull min ikkomunika miegħi mill-Festa ‘l hawn waqt li kont kwarantina. Nirringrazzjakom.
2. Is-Sibt 9 ta’ Lulju : 6.30pm Quddiesa. Wara jsir id-Dħul tal-Vara tas-Sultana Tagħna fin-Niċċa.
3. It-Tlieta 12 sal-Ġimgħa 15 ta’ Lulju : Il-Kappillan se jkun għall-Mistrieħ fil-Kunvent ta’ Sant’Antnin, Għawdex.
4. L-Ekonomu tal-Fraternita’ tagħna Fr Stephen Sciberras ofm : Ħareġ Rendikont tal-Ispejjeż li għamilna minn Ġunju 2021 sa Ġunju 2022.
Ir-Rendikont jinsab fin-Notice Board tal-Knisja.
F’sena nfaqna €16,890.97
5. Il-Fondazzjoni tirringrazzja : Lil numru sabiħ ta’ Parruċċani li qed jimpenjaw ruħhom li joffru Euro (€1) fil-ġimgħa għall-Manutenzjoni tas-Santwarju.
S’issa inġabret is-Somma ta’ €2,670.
Donazzjonijiet jintefgħu fil-Kaxxi tal-Fondazzjoni li jinsabu fejn l-Artal tal-Qalb ta’ Ġesu’ u fejn il-bieb ta’ barra tal-ġenb tas-Santwarju.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.