KUNU LESTI

Kien hemm koppja li kellhom tifel li ma kellhomx hliefu. Kien il-mimmi t’ghajnejhom u kienu jaghmlu minn kollox biex jarawh kuntent. Il-missier kien ragel ta’ l-affari tieghu hafna u ried li lil ibnu jtellghu ragel sew.

Ghalhekk kien jipprova jderri lill-ibnu ghall-mumenti difficli tal-hajja u fejn kien ikun hemm bzonn kien icahhad lil ibnu minn xi affarijiet biex b’hekk iderrih ikun jaf xi tfisser taghmel sagrificcju ghax kif kien jghid hu , il-fsied ihassar l-ulied. L-omm kienet titqarras u tgerger mieghu meta jzomm xi ftit iebes ma ibnu. “Ara Johnny ta’ Mary ta’ hdejna”, kienet tghidlu, “Ommu u missieru jhalluh jaghmel li jrid, iqum x’hin ikun komdu u jtuh kull ma’ jitlobhom u ma jhalluh jaghmel xejn ta’ l-icken tbatija.”

Il-missier kien iwiegeb li t-tfal ma jibqghux tfal. Jikbru malajr u zgur li f’hajjithom xi darba jew ohra ser isibu ruhhom f’xi diffikulta li jridu jiffaccjaw wehidhom. “Min minn dawn iz-zewgt itfal ser ikun ippreparat tajjeb ghal sitwazzjoni bhal din?”

U hawn ta’ min wiehed jaghmel naqra ta’ riflessjoni. Forsi mhux ahna wkoll gie li ghaddielna minn mohhna xi mistoqsija simili meta nsibu ruhna mghobbija bil-piz tas-salib. Forsi nistaqsu ghaliex Alla li hu tant hanin u twajjeb ihallina nbatu? Ghaliex Hu li Hu tant kbir u omnipotenti ma jwaqqafx din it-tbatija li nkunu ghaddejjin minna. Fori nistaqsu wkolll ghaliex minn-naha l-ohra nies li jghixu hajja hazina pubblika u minghajr l-icken misthija jidhru dejjem ferhanin u qatt ma jinqalalhom xejn filwaqt li ahna li qed nipprovaw nghixu hajja tajba ninsabu mghobbija bil-mard jew tbatijiet ohra.

Hawnhwkk jidhol it-“training” li ahna nkunu hadna bi preparazzjoni ghall-cirkostanzi iebsa bhal dawn. Ghalhekk importanti hafna li-n-nisrani tajjeb dejjem ikollu fornmazzjoni tajba b’hekk dejjem lest li jilqa’ dak kollu li jkun ghaddej minnu b’sens nisrani. Min ifittex lil Alla fit-taghlim tajjeb jaf tajjeb li meta Alla jippermetti li l-piz tas-salib izurnu dan Hu jaghmlu mhux biss biex niksbu l-premju tal-Genna izda ghax jaf li biex wiehed jikseb success irid jahdem ghalih. L-ebda atleta olimpiku qatt ma rebah medalja tad-deheb jekk ma ghamilx hin twil ta’ sagrificcju f’sieghat shah ta’ training biex kien kapaci jasal ghall-jum tal-glorja tieghu.

Ma nistghux ma niftakrux fi kliem l-Imghallem, “Erfa salibek u imxi warajja”. Gesu`ma kellux ghalfejn ibaghti imma bl-akbar imhabba u umilta refa’ s-salib fuq dik l-ispalla migruha Tieghu u garru sa l-ahhar anke jekk waqa’ tlitt darbiet, li nafu bihom ahna, taht i-piz tieghu.

Meta kont tifel u kont fl-iscouts kienu jghidulna li l-motto taghna kien “Be Prepared” “Kun lest, Kun ippreperat”. Imma dan ma jigix mix-xejn. Irridu nahdmu ghalih.

Insellmilkom u nawguralkom il-vaganzi t-tajba u sajf mimli hena, paci u gid.

 

Joe Debono ofs