Posts from 2022

8190 of 104 items

IT-TIELET HADD TAR-RANDAN – IL-HADD, 20 TA’ MARZU, 2022

by Administrator

Solidarjeta’ fit-Talb mall-Ukrajna! 1. Il-Ħadd 20 ta’ Marzu : 11.45am Fis-Santwarju tagħna se jkollna mill-ġdid ‘Sound in Silence’ li ser jagħtuna biċċiet ta’ Mużika Sagra. Stefan Calleja, Vjolinista u Desiree Quintano, Cellist. 2. It-Tlieta 22 ta’ Marzu : 6.30pm Laqgħa tal-OFS fis-Santwarju. Jitkellem Toney Mahoney bis-suġġett : “In-Nota li waqgħet”. Kulħadd mistieden jew segwu l-webcam. […]

Id-Dar komuni taghna – Brigitte Attard ofs

by Administrator

Maħbubin ħuti fi Kristu u San Franġisk Kif nistgħu nindukraw lil pajjiżna – id-dar komuni tagħna. Malta għadejja minn żmien ta’ sfidi kbar fejn tidħol il-kura ta’ pajjiżna, u l-ħolqien ta’ kultura li tirispetta kemm l-ambjent kif ukoll id-dinjità tal-komunità li ngħixu fiha.  Dokument maħruġ mill-Knisja f’Malta, “One Church, One Journey” (OCOJ), jidentifika dawn l-isfidi […]

IT-TIENI HADD TAR-RANDAN – IL-HADD, 13 TA’ MARZU, 2022

by Administrator

Nhar l-Erbgħa se Noffru Ġurnata Talb għall-Ukrajna 1. Il-Ġabra speċjali li saret il-weekend li għadda : 480.42 ewro. Grazzi. 2. It-Tlieta 15 ta’ Marzu : 6.00pm Iqaddes Fr Paul Mizzi iben il-Parroċċa, għal ruħ tal-Mama’ tiegħu f’għeluq ix-xahar mill-mewt tagħha. Nagħtuh il-kondoljanzi. 6.30pm Laqgħa tal-OFS fis-Santwarju. Titkellem Pauline Darmanin bis-suġġett : “Is-Silenzju ta’ Ġużeppi”. Kulħadd […]

Jum il-Mara – Pauline Darmanin ofs

by Administrator

Illum it-8 ta’ Marzu niccelebraw Jum il-Mara! Ghal hafna snin, il-mara kienet meqjusa bhala bniedma minghajr valur, meqjusa biss ghal pjacir, biex tobdi, persuna minghajr drittijiet, u f’hafna pajjizi sahansitra mizmuma bhala skjava.   Maz-zmien, il-mara sabet lehinha! Ic-celebrazzjoni ta’Jum il-Mara ghandha l-gheruq taghha fis-sena 1908, meta eluf ta’ nisa mxew fit-toroq ta’ New York […]

L-EWWEL HADD TAR-RANDAN – IL-HADD, 6 TA’ MARZU, 2022

by Administrator

Il-Familji tal-Ukrajna għandhom bżonna ! 1. Temmejna l-Kors ta’ Kana b’Seminar illum is-Sibt 5 ta’ Marzu : Kelma ta’ ringrazzjament lil Anne u Francis Cuschieri li reġgħu mewwew lil dawn il-Koppji. Inżommuhom f’talbna. 2. Bdejna r-Randan Imqaddes : Fir-Randan ser inkunu niġbru Fondi ta’ Flus għall-poplu tal-Ukrajna. Talbuna nagħmlu dan l-Isqfijiet flimkien ma’ Caritas Malta. […]

Ejja Spirtu Santu – Mariella Spiteri Gonzi ofs

by Administrator

EJJA SPIRTU SANTU Ftit ilu kont qed naħseb dwar jekk għandix inneħħi uħud mill-mezzi tal-midja soċjali tiegħi bħal, per eżempju, Facebook. Xi kultant, minn meta tkun ftaħtu sa ma terġa’ tagħlqu, ikunu għaddew sigħat sħaħ! Madankollu, immedjatament ftakart kemm inħobb naqra ‘posts’ spiritwali mill-isbaħ minn membri oħra tal-Ordni Franġiskan Sekular, anki dawk minn pajjiżi oħra. […]

IT-TMIEN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 27 TA’ FRAR, 2022

by Administrator

Nitolbu nitolbu nitolbu għal Ukraina! 1. It-Tlieta 1 ta’ Marzu : 6.30pm Laqgħa pubblika mill-membri tal-OFS fis-Santwarju. Jitkellem Peter Darmanin fuq is-suġġett “Ir-Randan u n-Nisrani”. Il-laqgħa hi miftuħa għal kulħadd u tista’ tiġi segwita minn fuq il-Webcam tas-Santwarju. 2. L-Erbgħa 2 ta’ Marzu : Ras ir-Randan. 8.30am u 5.30pm Via Crucis. 6.00pm Quddiesa Konċelebrata. L-Abbatini […]

Inkunu dejjem xhieda ta’ Kristu – Cecilia Attard ofs

by Administrator

INKUNU DEJJEM XHIEDA TA’ KRISTU               Fil-Vangelu ta’ San Mark, Kapitlu 10 vers 48, naqraw li meta Gesu kien hiereg minn Geriko flimkien maddixxipli u ma’ kotra kbira ta’ nies, kien hemm wiehed tallab aghma, Bartimew  bin Timew,  bilqieghda mal-gemb tat-triq.  Dan, meta sema’ li kien Gesu ta’ Nazzaret, qabad ighajjat u jghid “Gesu  Bin David ikollok hniena minni!”.  Kien hemm hafna li bdew ighajjtu mieghu biex jiskot, imma hu aktar beda jghajjat  “Bin David, ikollok hniena minni”. Hu ma hallihomx jaghlqulu halqu u baqa jaghjjat sakemm Gesu semghu u fejqu. Hekk ukoll ahna, nsibu hafna min irid  jaghlqilna halqna biex is-sewwa jigi mistur ghax inkella tinkixef  l-ipokrezija ta’ dawk li jippretendu li huma kattolici,  izda mbaghad jikkontradixxu  r-rieda t’Alla u t-taghlim tal-Knisja. Dawn it-talin ta’ spiss jiddettawlna x’ghandna  nghidu, kif ghandna nahsbu, x’ghandna  nemmnu u x’ghandna naghllmu lil uliedna, x’posizzjoni ghandna niehdu favur jew  kontra principji morali, ecc ecc. Fiz-zminijiet ta’ llum, tant hawn taghlim u informazzjoni qarrieqa u sfaccata, u b’mod sottili wkoll, li biex naghmlu dixxeriment tajjeb jista’ jkun ta’ sfida  kbira.  Izda ahna ghandna naghmlu bhal Bartimew u ma nhallu lil hadd jaghlqilna halqna. Inkunu sodi u perseveranti fit-twemmin taghna.  Fejn inhossu li hu  hazin ma  nistghux nibqaw passivi u ndawru wiccna n-naha l-ohra ghax inkella ma nkunux il-vera dixxipli ta’ Kristu.  Il-mod kif infehmu lil ohrajn irid ikun dejjem bi hlewwa u  b’imhabba bhalma kien jaghmel Gesu. Qatt bhal illum ma kien hemm il-bzonn li nwasslu l-verita specjalment lil dawk li huma fabbli u li jitkaxkru malajr mal-kurrent. Ghalhekk nitolbu ghalina u ghall-ohrajn biex nibqghu sodi fit-twemmin taghna sa’ l-ahhar u biex nkunu ta’ ezempju ghall-ohrajn.  Ma nibzawx nitkellmu ghax jekk nemmnu li Alla hu maghna minn jista’ jkun kontra taghna! Il-barka tal-Mulej tinzel fuqna. Cecilia Attard OFS

IS-SEBA’ HADD TAS-SENA – IL-HADD, 20 TA’ FRAR, 2022

by Administrator

Kif għandek Tħobb lil Għadu tiegħek! 1. Il-Quddies u l-Funzjonijiet tas-Santwarju : Tistgħu issegwuh minn fuq il-Facebook Page tal-Parroċċa. “Parroċċa Franġiskana Santwarju Madonna Sacro Cuor”. 2. Il-Ħamis 24 ta’ Frar : 5.30pm Adorazzjoni. 3. L-Erbgħa 2 ta’ Marzu : Ras ir-Randan. 8.30am Via Crucis. 5.30pm Via Crucis. 6.00pm Quddiesa Konċelebrata. Fil-Quddies kollu isir it-Tqegħid tar-Rmied. […]

Kif ahna hbieb tieghi – Joe Debono ofs

by Administrator

Kif ahna hbieb tieghi?Illum rega’ jmiss lili li nikteb dan il-messagg zghir li ahna nircievu kull gimgha. Laqtitni storja li kont qrajt u se naqsamha maghkom. Din tghid li darba kien hemm wiehed ragel li kien imdejjaq hafna ghax ma felahx aktar jaqla’ fuq wiccu minghand dawk li kellu madwaru u ghalhekk iddecieda li jitlaq […]