Nitolbu nitolbu nitolbu għal Ukraina!
1. It-Tlieta 1 ta’ Marzu :
6.30pm Laqgħa pubblika mill-membri tal-OFS fis-Santwarju. Jitkellem Peter Darmanin fuq is-suġġett “Ir-Randan u n-Nisrani”.
Il-laqgħa hi miftuħa għal kulħadd u tista’ tiġi segwita minn fuq il-Webcam tas-Santwarju.
2. L-Erbgħa 2 ta’ Marzu : Ras ir-Randan.
8.30am u 5.30pm Via Crucis. 6.00pm Quddiesa Konċelebrata.
L-Abbatini huma mistiedna jattendu.
Fil-Quddies kollu isir it-Tqegħid tar-Rmied.
Matul ir-Randan ikun hemm il-Via Crucis kull nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa fit-8.30am u fil-5.30pm.
Illum Talb u Sawm għal Ukraina.
3. Il-Ħamis 3 ta’ Marzu : 5.30pm Adorazzjoni.
4. Il-Ġimgħa 4 ta’ Marzu : Tqarbin tal-Morda mill-Patrijiet.
5. Is-Sibt 5 ta’ Marzu : Jintemm il-Kors ta’ Kana b’laqgħa għall-Ġenituri tal-Għarajjes, Quddiesa u l-Għoti ta’ Ċertifikati. Nawgurawlkom u nitolbu għalihom.
6. It-Tnejn 7 sal-Ġimgħa 11 ta’ Marzu :
6.00PM Se jsir l-1 Kors tal-Eżerċizzi Spiritwali tar-Randan waqt il-quddiesa. Il-Predikatur huwa Patri Anton Farruġia ofm.
7. Direttivi ġodda dwar it-Tqarbin mill-Awtoritajiet tas-Saħħa :
It-Tqarbin jista’ jerġa’ jsir bil-purċissjoni, tinżamm id-distanza u nitilgħu bil-maskla.
Min iqarben, jilbes il-maskra u jaħsel idejh bis-sanitiser.
It-Tqarbin għandu jsir Biss fl-idejn.
Fil-Knisja tagħna nibdew nerġgħu nitilgħu purċissjoni għat-Tqarbin minn nhar it-Tnejn.
8. Il-Fondazzjoni bħalissa qed tappella għall-Fondi :
Biex fuq is-saqaf kollu tas-Santwarju jitqiegħed ‘MEMBRANE’ ġdid għax il-qadim m’għadux tajjeb.
Proġett li se jiswa’ madwar 26,000 Ewro.
Kull għajnuna, żgħira kemm hi żgħira tiġi apprezzata ħafna.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL:2131 3505 / 7953 7719.