Solidarjeta’ fit-Talb mall-Ukrajna!
1. Il-Ħadd 20 ta’ Marzu : 11.45am Fis-Santwarju tagħna se jkollna mill-ġdid ‘Sound in Silence’ li ser jagħtuna biċċiet ta’ Mużika Sagra.
Stefan Calleja, Vjolinista u Desiree Quintano, Cellist.
2. It-Tlieta 22 ta’ Marzu : 6.30pm Laqgħa tal-OFS fis-Santwarju.
Jitkellem Toney Mahoney bis-suġġett : “In-Nota li waqgħet”.
Kulħadd mistieden jew segwu l-webcam.
3. Il-Ħamis 24 ta’ Marzu : 5.30pm Adorazzjoni Komunitarja.
4. Il-Ġabra tas-Seminarju : Se ssir fil-weekend tas-26 – 27 ta’ Marzu.
5. Donazzjonijiet għall-Ukrajna : S’issa ġbarna 1,470 Ewro. Infakkarkom fl-għajnuna għall-Familji fil-Bżonn u dawk li jittallbu karita’ fl-Uffiċċju Parrokkjali.
6. Il-Parroċċa tirringrazzja lil Membri tal-Grupp “San Marta” : Li jieħdu ħsieb l-indafa tas-Santwarju kull nhar ta’ Ħamis. Il-kontribut tagħha hu imprezzabbli. Nieħdu l-okkażjoni biex inħajjru iktar persuni sabiex jidħlu f’dan il-Grupp Parrokkjali.
7. Il-Ħadd 3 t’April : 10.15am Quddiesa mall-Papa fuq il-Fosos tal-Furjana. Dakinhar, l-aħħar Quddiesa fil-Knejjes tkun fit-8.00am. Il-Pubbliku jista’ jirreġistra biex ikollu post bilqiegħda fil-Quddiesa tal-Papa fuq https://xn--papafranisku-bzb.mt/quddiesa.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL; 2131 3505 / 7953 7719.