Posts from April 2022

8 Items

It-Torri ta’ Babel u l-konfuzzjoni – Cecilia Attard ofs

by Administrator

Gheziez Huti Frangiskani,   IT-TORRI TA’ BABEL U L-KONFUZZJONI   Fil-Genesi (Kapitlu 11) insiebu r-rakkont tal-grajja tat-Torri ta’ Babel. Fih naraw kif il-bniedem minn dejjem kibritlu rasu u ried jilhaq is-sema b’idejh.   Din il-grajja tohodna lura ghar-rakkont tad-Duluvju. Wara d-duluvju Alla ghamel patt gdid mal-holqien fi zmien Noe. Noe u familtu hargu mill-Arka, u […]

IL-HADD TAL-HNIENA DIVINA – IL-HADD, 24 TA’ APRIL, 2022

by Administrator

1. Il-Ħadd 24 ta’ April : Festa tal-Ħniena Divina. 5.30pm Adorazzjoni. 2. Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju 2022 : Intemmet mall-Għid il-Kbir. Grazzi tal-Offerta li tajtu biex jiddisponu minnha s-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika. 3. It-Tlieta 26 ta’ April : 7.00pm Laqgħa pubblika fis-Santwarju. It-taħdita se jagħmilha Fr Stephen Sciberras ofm. Il-laqgħa hi miftuħa għal kulħadd. Tista’ […]

Il-Ħolqien: In-Natura u l-Bniedem – Brigitte Attard ofs

by Administrator

Il-Ħolqien: In-Natura u l-Bniedem Fi żmien ir-Rebbiegħa nibdew ninnotaw ir-riġenerazzjoni tan-natura. Mil- bidu taż-żmienijiet in-natura kienet post is-sbuħija, is-serħan u ir-riġenerazzjoni. Fil-Ġenesi nsibu li Alla ħalaq id-dinja fl-ordni u fl-armonia.  Alla jinsab fiċ-ċentru ta’ din l-armonija bejn il-ħolqien, u r-rispett u r-responsabiltà tal-umanità għall-ħolqien.  Id-dnub ikisser din l-armonija għaliex il-bżonnijiet immedjati tal-bniedem jieħdu preċedenza fuq […]

HADD IL-GHID- IL-HADD, 17 TA’ APRIL, 2022

by Administrator

Il-Mulej Qam mill-Mewt! Alleluia ! 1. F’isem il-Fraternita’ Franġiskana : Nirringrazzja lil kull min ta sehmu fir-Randan u fl-Għid biex stajna narmaw, inżejjnu l-liturġija u niċċelebraw flimkien. Ngħixu issa flimkien l-Ottava tal-Għid. 2. Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju 2022 : Intemmet mall-Għid il-Kbir. Grazzi tal-Offerta li tajtu biex jiddisponu minnha s-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika. 3. It-Tlieta […]

L-itwal gimgha fil-Liturgiga tal-Knisja – Peter Darmanin ofs

by Administrator

Gheziez huti Frangiskani, Ninsabu fil-Gimgha Mqaddsa. L-itwal gimgha fil-Liturgija tal-Knisja.Illum nistedinkom timmeditaw u tirriflettu fuq l-akbar sagrifiċċju ta’ mħabba li qatt sar matul il-medda taz-zminienijiet, dak li sar minn Sidna u Salvatur tagħna Ġesù Kristu: Għalik, Għalija, għall-Umanità kollha; b’hekk jirnexxilna nifhmu t-tifsira vera ta’ din iċ-ċelebrazzjoni fi ħdan il-poplu ta’ Alla.Fil-Kelma tal-Mulej insibu b’mod […]

Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa 2022 – IL-HADD, 10 TA’ APRIL, 2022

by Administrator

Illum issir il-Ġabra għall-Art Imqaddsa! 1. Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju 2022 : L-Offerta tagħna tintefa’ fil-kaxxa taħt il-Pulptu u tingħata lis-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika. 2. Il-Ħadd 10 ta’ April : Ħadd il-Palm. 9.15am Tberik u Purċissjoni bil-Palm u l-weraq taż-Żebbuġ mill-Uffiċċju Parrokkjali sal-Knisja. 9.30am Quddiesa għall-Familji. 3. It-Tnejn 11 ta’ April : 8.30am u 6.00pm […]

Il-Hmar u z-Zunnerija – Joe Debono ofs

by Administrator

Darba wahda qrajt din l-istorja u forsi anke intkom gie li smajtuha jew qrajtuha: Il-hmar u z-zunnerija Mela kien hemm bidwi xwejjah li l-uniku mezz li kellu biex igorr it-tabijiet li kien ikollu kien naqra ta’ hmar.   Imma dan l-imbierek ta’ hmar dahhalha f’rasu li ma jimxix aktar u ma riedx jaghti pass ‘l quddiem.   […]

IL-HAMES HADD TAR-RANDAN – IL-HADD, 3 TA’ APRIL, 2022

by Administrator

Merħba lill-Papa Franġisku f’Malta ! 1. Dan il-weekend Malta u Għawdex nagħtu MERĦBA kbira lil Papa Franġisku fostna. 2. Is-Sibt 2 t’April : Fl-10.00am wasal Malta u sellem lill-Awtoritajiet kollha. Fil-5.30pm kellu Laqgħa ta’ Talb fis-Santwarju ta’ Pinu, Għawdex. 3. Il-Ħadd 3 t’April : 8.30am Iżur il-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat. 10.15am Quddiesa fuq il-Fosos […]