Merħba lill-Papa Franġisku f’Malta !
1. Dan il-weekend Malta u Għawdex nagħtu MERĦBA kbira lil Papa Franġisku fostna.
2. Is-Sibt 2 t’April : Fl-10.00am wasal Malta u sellem lill-Awtoritajiet kollha.
Fil-5.30pm kellu Laqgħa ta’ Talb fis-Santwarju ta’ Pinu, Għawdex.
3. Il-Ħadd 3 t’April : 8.30am Iżur il-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat. 10.15am Quddiesa fuq il-Fosos tal-Furjana.
4.45pm Jiltaqa’ mall-Migranti fil-Laboratorju tal-Paċi.
Fis-6.15pm iħalli Malta.
Quddies ikollna fis-7.00am, fit-8.00am u fis-6.30pm.
4. It-Tnejn 4 sal-Ġimgħa 8 t’April : 9.00am Eżerċizzi għal kulħadd waqt il-Quddiesa minn Patri Walter Vassallo ofm.
5. It-Tlieta, 5 ta’ April. OFS. Laqgha pubblika fis-Santwarju, fis-7.00pm; minn Peter Darmanin bis-suggett: “INT Spettatur?” Il-Laqgha miftuha ghal kulhadd u tista tigi seqwita minn fuq il-Webcam tas-Santwarju.
6. L-Erbgħa 6 ta’ April : 6.30pm Il-Kappillan iqaddes u jippriedka lill-Membri Banda Sliema u l-Membri tal-Kummissjoni Festi.
7. Il-Ġimgħa 8 ta’ April : Festa ta’ Marija Addolorata. 6.30pm Quddiesa u wara Nimmeditaw is-Seba’ Duluri tal-Verġni Marija.
8. Donazzjonijiet għall-Ukrajna : S’issa ġbarna 2,470 Ewro.
Grat lejn il-ġenerożita’ tagħkom.
U anke għal-għajnuna lil min hu fil-bżonn qed tkunu ġenerużi ħafna.
9. Għandna bżonn ta’ ħaxix għall-arranġamenti tal-fjuri :
Min jista’ jġibilna ftit mill-ġnien tiegħu din il-ġimgħa jkun apprezzat ħafna.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm / Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.