Il-Mulej Qam mill-Mewt! Alleluia !
1. F’isem il-Fraternita’ Franġiskana :
Nirringrazzja lil kull min ta sehmu fir-Randan u fl-Għid biex stajna narmaw, inżejjnu l-liturġija u niċċelebraw flimkien.
Ngħixu issa flimkien l-Ottava tal-Għid.
2. Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju 2022 : Intemmet mall-Għid il-Kbir.
Grazzi tal-Offerta li tajtu biex jiddisponu minnha s-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika.
3. It-Tlieta 19 ta’ April : 7.00pm Laqgħa pubblika fis-Santwarju. It-taħdita se jagħmilha Tony Mahoney bis-suġġett “Alla jista’ kollox….. ħlief ħaġa waħda”.
Il-laqgħa hi miftuħa għal kulħadd.
Tista’ wkoll tiġi segwita fuq il-Webcam tas-Santwarju.
4. Il-Ħadd 24 ta’ April : Festa tal-Ħniena Divina.
5.30pm Adorazzjoni.
5. Il-Fondazzjoni u l-Għaqda Volontarja :
“Il-Ħbieb tas-Santwarju” jawguraw l-Għid it-Tajjeb lil kulħadd.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.