AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 19 TA’ FRAR, 2017
It-Tnejn : Fid-9.30am ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali se ssir il-laqgħa tal-membri tal-Fratellanza tas-Sagrament. Dak in-nhar ukoll, ħdejn l-istess Uffiċċju, mill-5.00 sas-6.30pm, se tiftaħ ir-registrazzjoni għall-Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza. Tħallux għall-aħħar. L-Erbgħa : Se ssir ħarġa ta’ nofs ta’ nhar, li tinkludi Quddiesa fis-Santwarju tar-Redentur tal-Isla. Tluq fid-9.00a.m. mis-Savoy Terminus. Biljetti mingħand il-membri tal-Kummissjoni Anzjani. […]