Fr Alex Borg OFMIllum qed jiġi ċċelebrat JUM IL-ĦAJJA. Fil-4.00pm se jintalab ir-Rużarju fi Ġnien Indipendenza.

Il-Ġimgħa : Solennita ta’ Missierna San Pawl. Hemm l-obbligu tal-Quddies imma xogħol jista’ jsir. Il-Quddies jkun bħal dak ta’ nhar ta’ Ħadd.

Is-Sibt : Festa tal-Madonna ta’ Lourdes u JUM IL-MORDA. Fil-quddiesa tad-9.00 am, animata mid-Djakonija Anzjani, se jiġi amministrat is-sagrament tad-Dilka tal-Morda.
Mistiedna l-anzjani kollha.

………………………………….
In-numru rebbieħ tal-Lotterija tal-pittura taċ-Chadwick Lakes b’risq il-Fondazzjoni huwa:

Isfar, WXYZ 114. Id-dettalji jinsabu fuq in-noticeboard.
………………………………….

Attivitajiet tal-festa

Nhar il-Ġimgħa fl-10.15am se jsir coffee morning ġewwa s-sala tal-Każin.

Nhar is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu fuq iz-zuntier tal-knisja ser jsir cake sale. Min jixtieq joffri xi cake għal din l-attivita jista jġibu miegħu dakinhar waqt l-attivita.

Fl-okkażjoni tal-100 sena mid-dehra tal-Madonna ġo Fatima se norganizzaw, bejn l-10 u s-17 ta’ Settembru, gita/pellegrinaġġ ġewwa Fatima – Lisbona u Madrid. Aktar dettalji minn fuq in-notice board jew kellmu lil Brian Vigar. Hemm biss 30 post.
………………………………….
Candle
Publio Cachia u Joseph Chircop twieldu għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.
………………………………….

Żuru l-website tal-Parroċċa : www.sacrocuorsliema.com
http://sacrocuorsliema.com/