Timeline

151160 of 381 items

San Luqa – Cecilia Attard ofs

by Administrator

SAN LUQA Illum qed niccelebraw il-festa ta’ San Luqa, l-Evangelista.  Kien wiehed mill-erba evangelisti izda mhux wiehed mit-tnax l-Appostli. Bhal San Mark, ma kienx wiehed mill-grupp maghzul li mexa pass pass ma’ Gesu fil-Palestina.   Luqa kien izjed dixxiplu ta’ San Pawl,   li rrefera ghalih bhala Luqa li  jakkumpanjah fil-vjaggi missjunarji tieghu. Ftit nafu fuq il-hajja pubblika tieghu.  Li hu  maghruf hu li kiteb  il vangelu ta’ Luqa u l-Atti ta’ l-Appostli.  Dawn jiffurmaw izjed  minn  kwart tat-Testment il-Gdid.  Iz-zewg volumi  huma xogholijiet fundamentali biex insiru  nafu lil Gesu u l-Knisja tal-bidu. It-tielet Evangelu ma jsemmiex l-awtur u l-anqas ma jippretendi li huwa rakkont ta’ xhieda.  Imma l-ewwel manuskritti maghrufa tat-tielet Evangelu huma attribwiti lil Luqa.  U anke San Irinew ta’ […]

Il-Festa tal-Qaddisin kollha – Brigitte Attard ofs

by Administrator

Maħbubin ħuti fi Kristu u San Franġisk Qed nersqu lejn il-festa tal-Qaddisin Kollha fil-bidu ta’ Novembru w għalhekk ħsibt li nikteb xi riflessjonijiet fuq l-Interċessjoni tal-Qaddisin. San Tumas Aquinas jispjega li l-petizzjonijiet tal-Knisja militanti relatati mal-qadissin fil-ġenna u għalhekk huma jisimgħu dawn il-petizzjonijiet b’mod sopr8anaturali, permezz tal-Viżjoni Beatifika. Huwa parti mill-glorja tagħhom li jgħinuna fil […]

Il-Festa ta’ San Frangisk – Peter Darmanin ofs

by Administrator

IL-FESTA TA’ SAN FRANGISK Huti Frangiskani, il-Festa t-Tajba. Illum l-4 ta’ Ottubru hija l-festa ta’ Missierna San Frangisk. Smajna hafna fuq San Frangisk imma tisma kemm tisma fuqu qatt m’hu bizzejjed. Knisja għażiża għal qalbu kienet dik ta’ San Damjan. F’dik il-knisja ċkejkna u fi stat ħażin, hu sama’ leħen mill-Kurċifiss impinġi li kien imdendel […]

Padre Pio – Mariella Spiteri Gonzi ofs

by Administrator

Padre Pio Itlob, ittama, u tinkwetax. L-inkwiet huwa inutli. Alla ħanin u jisma’ t-talba tiegħek. Kemm il-darba ftakart u ħaddant f’qalbi dawn il-kliem sbieħ ta’ San Piju ta’ Pietrelcina f’sitwazzjonijiet diffiċli ta’ ħajti! Irrid nistqarr devozzjoni Franġiskana u għalhekk lejn l-Ordni Franġiskan Sekulari. Il-Ġimgħa li għaddiet, 23 ta’ Settembru, il-Knisja ċċelebrat l-festa ta’ San Piju […]

L-Ahbar it-Tajba, It-Thabbira, 1970 – Tony Mahoney ofs

by Administrator

L-AĦBAR IT-TAJBA, IT-TĦABBIRA, 1970 Niżżi ħajr ‘l Alla li kemm ili npitter (‘l fuq minn 850 kwadru), persentaġġ kbir minnhom huma kollha spiritwali, b’aspett mistiku. Waħda mill-favoriti tiegħi hija dik imsejjħa, ‘It -Tħabbira (The Annunciation), li pittirt fis-sena 1970, u li hi riprodottha. Għandna dak il-mument solenni ta’ meta l-Arkanġlu Gabrijel qed iħabbar lit-tfalja Marija […]

Hevel… Frugha tal-Frughat – Pauline Darmanin ofs

by Administrator

Hevel…  Frugha tal-FrughatSteve Jobs huwa l-isem sinonimu mad-dinja tal-Kompjuter, ma l-Apple, il-Macintosh u l-iPhone. Kien bniedem brillanti, il-bniedem li bl-ideat tieghu fetah dinja gdida fuq is-sistema digitali. Sar biljunarju. Miet meta kellu 56 sena wara taqbida mal-kancer. Meta kien jaf li qed joqrob lejn it-tmiem ta’ hajtu ghadda messagg qawwi li dar id-dinja kollha. Stqarr […]

Mhux tajjeb li nkunu nsara passivi – Joe Debono ofs

by Administrator

Mhux tajjeb li nkunu nsara passivi F’kull rahal jew belt f’Malta wiehed isib hafna kumitati u dawn jiltaqghu biex jiddiskutu u jaraw x’jista’ jsir .   Bis-sahha ta’ dawn il-kumitati jsir hafna xoghol u hafna affarijiet ta’ siwi ghall-komunita. Izda sfortunatament kultant jigri li ghalkemm ikun hemm hafna membri li waqt id-diskussjoni johorgu b’ idejat sbieh […]

L-Anzjanita hija rigal minghand Alla – Cecilia Attard ofs

by Administrator

L-ANZJANITA “L-anzjanita hija rigal minghand Alla”.  Hekk iddikjara Papa Frangisku meta fl-ahhar ta’ Jannar 2021, wara l-Angelus tal-Hadd, nieda l-Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani. Il-jum li ntghazel biex tigi ccelebrata din it-tifkira huwa ir-raba Hadd ta’ Lulju ta’ kull sena, li huwa l-eqreb il-festa ta’ Sant’Anna u San Gwakkin, in-nanniet ta’ Gesu. F’din il-gurnata ta’ […]

Ir-Raghaj it-tajjeb – Brigitte Attard ofs

by Administrator

Maħbubin ħuti fi Kristu u San Franġisk L-immaġini popolari u sentimentali li ħafna għandhom dwar ir-Ragħaj it-Tajjeb hija waħda ferm mwarrba mir-realtà. Ħafna żmien qabel il-Poplu l-Magħżul t’Alla ma’ niżżel l-għeruq f’post wieħed, u beda jaħdem wiċċ l-art biex jipproduċi l-ikel, kien jgħix fit-tined u jiġġerra minn post għall-ieħor biex ifittex mergħat tajba fejn jirgħa […]

Il-virtu tas-Semplicita – Peter Darmanin ofs

by Administrator

Is-Semplicita Wahda mill-isbah virtujiet fil-hajja hija dik tas-semplicita. Hieni l-bniedem li jghix hajja semplici fil-ferh tal-Evangelju. Il-bniedem semplici m’ghandu l-ebda pretensjoni. Ma jfittix l-unuri u l-poter, zghir kemm hu zghir. Ma jfittix it-tifhir, il-grazzi, l-apprezzament. Kuntent bih innifsu u ma jghir ghal hadd. Ma jqisx lilu nnifsu ahjar minn ohrajn. Jaf izomm postu u jaghraf […]