SAN LUQA
Illum qed niccelebraw il-festa ta’ San Luqa, l-Evangelista.  Kien wiehed mill-erba evangelisti izda mhux wiehed mit-tnax l-Appostli. Bhal San Mark, ma kienx wiehed mill-grupp maghzul li mexa pass pass ma’ Gesu fil-Palestina.   Luqa kien izjed dixxiplu ta’ San Pawl,   li rrefera ghalih bhala Luqa li  jakkumpanjah fil-vjaggi missjunarji tieghu.
Ftit nafu fuq il-hajja pubblika tieghu.  Li hu  maghruf hu li kiteb  il vangelu ta’ Luqa u l-Atti ta’ l-Appostli.  Dawn jiffurmaw izjed  minn  kwart tat-Testment il-Gdid.  Iz-zewg volumi  huma xogholijiet fundamentali biex insiru  nafu lil Gesu u l-Knisja tal-bidu.
It-tielet Evangelu ma jsemmiex l-awtur u l-anqas ma jippretendi li huwa rakkont ta’ xhieda.  Imma l-ewwel manuskritti maghrufa tat-tielet Evangelu huma attribwiti lil Luqa.  U anke San Irinew ta’ Lyon, f’kitba tieghu fl-ahhar tat-tieni seklu, isemmi lil Luqa bhala l-awtur ta’ dan l-Evangelu.
Kull wiehed mill-Evangeli ghandu perspettiva unika, inkiteb ghal udjenza specifika u  jirrakkonta dettalji li l-Evangeli l-ohra ma  jirrakkontawx.  X’aktarx li San Luqa kiteb ghal folla mhux Lhudija. Huwa jittraduci fil-lingwa Griega kliem li l-evangeli l-ohra jhallu fil-lingwa originali taghhom. Dan jaghtina x’nifhmu li l-qarrejja tieghu ma kienux Lhud ghax ma kienux jaqraw l-Ebrajk u l-Aramajk.  Luqa  biss jirrakkonta l-istorja ta’  Lazzru u ta’ l-ghani li jindem meta jkun tart wisq. Huwa grazzi  ghal San Luqa ghat-taghrif dwar l-Inkarnazzjoni.  Il-mod kif jirrakkonta l-avveniment itik x’tifhem li donnu kien prezenti fil-kamra meta l Anglu Gabrijel habbar lil Sidna Marija li kellha tkun Omm Alla. Luqa  biss kiteb il-Manifikat tal-Vergni Marija u  jaghtina l-bazi skritturali ta’ l-Ave Marija.  Madankollu, Luqa nnifsu ma jidhirx f’dan kollu.  Dan l-agir itina x’nifhmu li kien bniedem umli ghax bhal donnu jintilef qalb il-folla bl-iskop li l-protagonisti ta’ l-Evangelu tieghu  jiehdu l-oghla post.
L-Atti ta’ l-Appostli ta’ Luqa huma djarju ta’ l-ewwel Knisja.  Minghajr dan id-djarju kien ikun hemm lakuni kbar fuq it-taghrif tal-Knisja  li kienet ghada qed titwieled. Huwa grazzi  ghal Luqa li ghandna taghrif fuq Pentekoste u ghal hidma ta’ l-Ispirtu s-Santu meta nizel  fuq l-Appostli.
Huwa car li Luqa kien wiehed  mid-dixxipli ta’  San Pawl u baqa’ vicin tieghu sa’ l-ahhar  mument tal-mewt kifra tieghu. Meta  Pawlu gie arrestat f’Ruma u spicca bi qtuh tar-ras, kien abbandunat minn kulhadd hlief ghal
persuna wahda.  Mic-cella tal-habs Pawlu  kiteb “…..Luqa biss baqa’ mieghi”.
L-Evangeli miktuba jaghmlu lil Kristu haj.  Il-Kristjani jemmnu li dawn jirrakkontaw dawk il-grajjiet li huma l-qofol tul il-hajja ta’ Kristu  li  Alla  jixtieq li nsieru nafu.  U meta dawn l-Evangeli jinqraw fid-dawl ta’ l-Evangelu haj tal-Knisja, u ssuplementati bil-grazzja tas-sagramenti, ix-xhieda tal-Qaddisin, it-tmexxija tal-gerarkija tal-Knisja, u t-taghlim tal-Katekizmu tal-Knisja, nippossedu dak  kollu li ghandna bzonn biex  niksbu l-genna.  L-Evangelisti jaghmlu prezenti u hajja l-grajjiet originali tal-hajja ta’ Gesu Kristu fiz-zminijiet tal-lum.  Minghajr l-esperjenza  ta’ dawn il-grajjiet Alla ma jieqafx ikun Alla izda zgur ma kienx ikun tassew haj daqshekk wara aktar minn elfejn sena minn meta l-Iben  t’Alla sar bniedem.
TALBA
QADDIS SAN LUQA, IL-KLIEM U L-KITBIET TIEGHEK IPPRISERVAW IL-HAJJA TA’ KRISTU BIEX B’HEKK  GHAMILTU MAGHRUF MA’ KULHADD
U MAHBUB MID-DINJA TAL-LUM.
GHAMEL LI BL-INTERCESSJONI  TIEGHEK MIS-SEMA, U PERMEZZ
TAL-GID TA’ L-EVANGELU
TIEGHEK, SPECJALMENT IL-KLIEM
TIEGHU FUQ IL-QADDISA OMM ALLA,
INKUNU MEZZ TA’ ISPIRSMAZZJONI
GHALINA HALLI NSIERU DIXXIPLI
AKTAR FIDILI.    AMMEN.
Cecilia Attard ofs