Avviżi tal-Parroċċa

481490 of 526 items

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 4 TA’ SETTEMBRU, 2016

by Administrator

Nawguraw l-festa t-tajba lill-kleru u l-parruċċani tal-Parroċċa ta’ San Girgor. ******************************************************************************* Illum fis-7.15 pm se jintalab ir-Rużarju fi Ġnien Indipendenza. It-Tnejn: Fis-7.00 pm jiltaqa’ l-Kor Parrokkjali. Il-Ħamis: Festa ta’ Marija Bambina. Dakinhar se jiġi ordnat isqof Mons. Carmelo Zammit. Nawgurawlu u nitolbu għalih. Fis-7.00 pm Lectio Divina. Il-Ġimgħa: Fil-knisja ta’ Ġesu Nazzarenu se jiġi ċċelebrat […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 14 TA’ AWWISSU, 2016

by Administrator

It-Tnejn: Solennita’ ta’ Marija Assunta – Padruna ta’ Malta. Hija Festa Kmandata u għalhekk il-Quddies ikun bħal dak ta’ nhar ta’ Ħadd. L-Erbgħa : Fis- 7.00 pm iltaqa’ l-Kor Parrokkjali. Il-Ħamis: Fis-7.00 pm Lectio Divina għal kulħadd. Il-Ġimgħa: Id-Djakonija Tfal se torganizza jum ġewwa Popeye’ s Village għat-tfal u l-ġenituri. Booking sallum. *** Nhar l-Erbgħa […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 7 TA’ AWWISSU, 2016

by Administrator

Illum (Ħadd) fis-7.15 pm se jintalab ir-Rużarju fi Ġnien Indipendenza. It-Tlieta: Fis-7.00 pm jiltaqa’ l-kor parrokkjali. Il-Ħamis: Festa ta’ S. Kjara t’ Assisi. Ningħaqdu fit-talb ma’ ħutna s-Sorijiet Klarissi. Fis-7.00 pm Lectio Divina għal kulħadd. Fid-19 tax-xahar id-Djakonija Tfal se torganizza jum ġewwa Popeye’s Village għat-tfal u l-ġenituri. Booking sa’ nhar l-14 tax-xahar. ……………………….. Attivitajiet […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 31 TA’ LULJU, 2016

by Administrator

Nawguraw l-festa t-tajba lill-komunita Karmelitana u l-parruċċani tal-Balluta. …………………………………………………………………… Nixtieq ninfurmakom li din il-ġimgħa ltaqa' l-Kunsill Pastorali Parrokkjali biex jevalwa d-deċizjoni tal-egħluq tal-M.U.S.E.U.M. Min-naħa tiegħu, il-Kunsill se jaghmel dak kollu li hu possibbli biex it-tfal subien tal-Parroċċa tagħna jibqgħu jirċievu t-tagħlim nisrani fil-Parroċċa tagħna. Inħeġġukom ħafna biex tinqgħadu magħna fit-talb biex jintlaħaq dan il-għan qaddis. […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 24 TA’ LULJU, 2016

by Administrator

Bl-akbar dispjaċir ninfurmawkom li s-Soċjeta tal-M.U.S.E.U.M. għarrfitna li se ttemm il-preżenza tagħha fil-parroċċa tagħna. Filwaqt li nirringrazzjaw lil tant soċji li ħadmu tul dawn l-aħħar 101 sena, ninfurmawkom ‘il quddiem dwar it-tagħlim tal-Katekiżmu tas-subien. …………………. >Matul din il-ġimgħa l-Provinċja tagħna se torganizza Żjara Franġiskana ġewwa l-Parroċċa ta’ S. Ġuzepp Ħaddiem, B’Kara. Nitolbu lil Alla biex […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 17 TA’ LULJU, 2016

by Administrator

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA Mill-Kelma tal-Vanġelu tal-Quddiesa tallum, jalla lkoll kemm aħna li nagħtu sehem fil-ħidma pastorali tal-Parroċċa nifhmu l-importanza tas-smiegħ u t-tagħlim mill-Kotba Imqaaddsa waqt il-Lectio Divina li jsir kull nhar ta’ Ħamis fis-7.00pm. Illejla (is-Sibt, 16 ta’ Lulju) fit-8.00 pm fi Ġnien Indipendenza se ssir purċissjoni aux flambeaux u jintalab ir-Rużarju. Il-Ġimgħa: Id-Djakonija Tfal se […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 10 TA’ LULJU, 2016

by Administrator

10 – 7 – 2016 Il-Fraternita Franġiskana tirringrazzja mil-qalb lil kull wieħed u waħda minkom tal-presenza u l-għajnuna kbira li intom tagħtu matul il-jiem tal-festa. Jalla dak li sar, bil-grazzja t’ Alla, jkompli jsaħħaħ l-għaqda ta’ bejnietna. Nerġgħu nfakkru lil kulħadd fir-rispett li għandna nġiebu fid-dar t’Alla (il-Knisja) bl-imġieba tagħna u bl-ilbies deċenti. Ilbies skullat […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 3 TA’ LULJU, 2016

by Administrator

Nawguraw lil kulħadd il-Festa t-Tajba u nħeġġukom biex tieħdu sehem attiv fil-funzjonijiet u fil-marċijiet, bi kliemna u bl-ilbies, inġiebu ruħna ta’ nies ċivili u nsara. Illum il-Ħadd: Il-Quddies se jkun hekk: 6.30 am, 7.15 am , 8.30 am (Kantata – immexxija minn Mons. Silvestru Magro O.F.M.), 11.00 am u 6.00pm. Fis-6.45 pm Għasar u Purċissjoni. […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 26 TA’ GUNJU, 2016

by Administrator

It-Tnejn : Wara l-Quddiesa tas-6.30pm ser jittella’ Programm Vokali u Mużikali mill-Banda Sliema bis-sehem tal-Kor Parrokkjali fejn jitkanta l-Innu l-Kbir lis-Sinjura Tagħna. It-Tlieta: Jum l-Anzjani. Għall-quddiesa tas-6.30pm huma mistiedna l-anzjani fejn wara jkollhom riċeviment fuq iz-zuntier. L-Erbgħa, il-Ħamis, il-Ġimgħa: Jiem tat-Tridu: Fis-5.45pm jingħad ir-Rużarju, fis-6.15pm ikun hemm l-Għasar bil-Malti u wara Quddiesa bi prietka. Wara […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 19 TA’ GUNJU, 2016

by Administrator

Illum fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier il-Kummissjoni Familja qed tistieden lill-missirijiet u l-familji tagħhom għall-quddies tad-9.30am jew tal-11.00am. It-Tlieta: Fis-6.30pm inkomplu t-tberik u ż-żjarat fi Triq S. Duminku. L-Erbgħa: Fid-9.00am il-Kummissjoni Anzjani ser organizza ħarġa. Biljetti jinkisbu mingħand il-membri tal-Kummissjoni. L-aħħar Erbgħa tal-Madonna ta’ qabel il-festa. Fis-6.30pm Quddiesa bi ħsieb u wara Barka Sagramentali. Wara jingħata […]