Nawguraw lil kulħadd il-Festa t-Tajba u nħeġġukom biex tieħdu sehem attiv fil-funzjonijiet u fil-marċijiet, bi kliemna u bl-ilbies, inġiebu ruħna ta’ nies ċivili u nsara.
Illum il-Ħadd: Il-Quddies se jkun hekk: 6.30 am, 7.15 am , 8.30 am (Kantata – immexxija minn Mons. Silvestru Magro O.F.M.), 11.00 am u 6.00pm. Fis-6.45 pm Għasar u Purċissjoni. Wara d-dħul tal-vara, se jibda jiżżarma d-drapp kollu tat-toroq. Napprezzaw ħafna min jiġi biex jgħenna halli nitwuh.
Il-Ħamis : Wara l-Quddiesa tas-6.30 pm jkollna l-Lectio Divina.
Is-Sibt : Il-Quddiesa tas-6.30 pm se tkun ta’ radd il-ħajr tal-festa. Wara jsir id-dħul tal-vara tal-Madonna fin-niċċa.
Nhar il-15 tax-xahar id-Djakonija Tfal se torganizza ħarġa għat-tfal u l-ġenituri għad-Dar Frate Jacoba. Tluq fil-5.00 pm. Aktar tagħrif jidher fin-noticeboard.
0 Comments