Il-Papa Franġisku qal li l-foqra, il-morda u n-nies b’diżabilità huma l-qalb u t-teżor tal-Knisja.

Minkejja li matul dan ix-xahar il-Papa Franġisku ħassar l-attivitajiet pubbliċi u l-laqgħat kollha tiegħu, Franġisku fetaħ il-bibien tal-Vatikan beraħ għal grupp ta’ 200 persuna fqira, marida u b’diżabilità.

Matul il-laqgħa li kellhom mal-Papa Franġisku,il-Papa sema’ l-esperjenzi tagħhom

Fid-diskors tiegħu l-Papa Franġisku qal li huwa kuntent ħafna li qiegħed magħhom u li l-preżenza tagħhom hija importanti għalih.

Il-Papa Franġisku qal li l-Knisja trid tilħaq li dawk kollha li qed jersperjenzaw solitudni u li jħossuhom abbandunati u mwarrbin għax matul ħajtu Kristu dejjem tahom il-prijorità.

944675-400xNone