Nawguraw l-festa t-tajba lill-komunita Karmelitana u l-parruċċani tal-Balluta.

……………………………………………………………………
Fr Alex Borg OFMNixtieq ninfurmakom li din il-ġimgħa ltaqa' l-Kunsill Pastorali Parrokkjali biex jevalwa d-deċizjoni tal-egħluq tal-M.U.S.E.U.M. Min-naħa tiegħu, il-Kunsill se jaghmel dak kollu li hu possibbli biex it-tfal subien tal-Parroċċa tagħna jibqgħu jirċievu t-tagħlim nisrani fil-Parroċċa tagħna. Inħeġġukom ħafna biex tinqgħadu magħna fit-talb biex jintlaħaq dan il-għan qaddis.
……………………………………………………………………

It-Tnejn : Fis-7.00pm se jerġa jibda jiltaqa’ l-kor.

It-Tlieta : Nfakkru t-800 sena tal-għoti tal-Indulgenza tal-Porzjunkola. Din tista’ tinkiseb billi tqerr u tieħu sehem fil-Quddiesa bi tqarbina u titlob skond il-fehma tal-Papa.

L-Erbgħa : Id-Djakonija Tfal se torganizza pasta night fiċ-Ċentru Parrokkjali. Aktar tagħrif jidher fin-noticeboard.

Il-Ħamis: Fis-7.00 pm Lectio Divina għal kulħadd.

……………………………………………………………………
Nawguraw lil Kyle Portelli, wieħed mill-Abbatini tagħna, li se jmur jagħmel esperjenza ġewwa l-Vatikan bħala abbati.
……………………………………………………………………

Attivitajiet b’risq il-festa:

Nhar is-Sibt li ġej filgħaxija u l-għada l-Ħadd filgħodu, waqt il-ħin tal-quddies, fuq iz-zuntier se jkun hemm bejgħ ta’ frott u ħaxix. Nhar is-Sibt 3 ta’ Settembru ser jsir għall-ewwel darba

Water Games Party għat-tfal. Aktar dettalji ‘l quddiem.