Fr Alex Borg OFMIt-Tnejn : Wara l-Quddiesa tas-6.30pm ser jittella’ Programm Vokali u Mużikali mill-Banda Sliema bis-sehem tal-Kor Parrokkjali fejn jitkanta l-Innu l-Kbir lis-Sinjura Tagħna.

It-Tlieta: Jum l-Anzjani. Għall-quddiesa tas-6.30pm huma mistiedna l-anzjani fejn wara jkollhom riċeviment fuq iz-zuntier.

L-Erbgħa, il-Ħamis, il-Ġimgħa: Jiem tat-Tridu: Fis-5.45pm jingħad ir-Rużarju, fis-6.15pm ikun hemm l-Għasar bil-Malti u wara Quddiesa bi prietka. Wara l-Quddiesa tingħata l-Barka Sagramentali.

Is-Sibt: Fid-9.00am issir il-Quddiesa tat-Te Deum. Fil-5.00pm ikun hawn Quddiesa. Fis-6.00pm issir it-Translazzjoni u Quddiesa immexxija mill-Wisq Provinċjal P. Richard Stanley Grech O.F.M. Matul il-jum ser isiru żjarat kulturali tal-Knisja għat-turisti u għall-parruċċani wkoll, min ikun interessat.

Il-VaraIl-Ħadd: Jum il-Festa. Quddies: 6.30am, 7.15am (bil-Lawdi), 8.30am – Quddiesa Kantata mmexxija mill-Isqof Emeritus Mons. Silvestru Magro O.F.M., 11.00am u 6.00pm. Fis-6.45pm ikun hemm l-Għasar u wara toħroġ il-Purċissjoni bl-istatwa Titulari.

Nistiednu lil kulħadd biex jiehu sehem fil-funzjonijiet reliġjużi u nuru imġieba ċivili u nisranija waqt il-marċijiet.

GĦAL AKTAR DETTALJI FUQ IL-FUNZJONIJIET RELIĠJUŻI TAL-FESTA ARAW IL-PROGRAMM LI TQASSAM FID-DJAR.
……………………….

Ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali illum qed tittella’ wirja ta’ mudelli ta’ karrozzi eċċ. Id-donazzjonijiet li jingħataw imorru għal Puttinu Cares.
…………………………

proxy
Lino Mercieca u Connie Azzopardi twieldu għall-ħajja ta’ dejjem R.I.P.