Avviżi tal-Parroċċa

451460 of 524 items

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 25 TA’ DICEMBRU, 2016

by Administrator

Il-Fraternita Franġiskana tawgura lil kulħadd il-MILIED IT-TAJJEB. Il-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt se jkunu jiem ta’ Kwaranturi – Fid-9.30am Ġesu jiġi espost sal-12.00 pm. Imbgħad fil-5.00pm Rużarju quddiem Ġesu Espost, Għasar u Quddiesa. Is-Sibt ikollna Quddiesa fil-5.00pm u fis-6.00pm Għasar u wara Quddiesa bit-TE DEUM. Il-ġabra se tkun għad-Dar tal-Provvidenza. Inħeġġu lil kuħadd biex jsib ħin […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 18 TA’ DICEMBRU, 2016

by Administrator

Illum (il-Ħadd) wara l-Quddiesa tad-9.30am, il-Parroċċa ser torganizza il-Purċissjoni tal-Bambin madwar it-toroq tal-Parroċċa. Aktar tagħrif jidher fin-noticeboard. It-tfal kollha li jattendu jingħatalhom rigal sabiħ. It-Tnejn: Titkompla n-Novena tal-Milied. Fil-5.00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali għat-Tfal u l-Ġenituri. Imbagħad għal kulhadd fil-Knisja – fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju, Għasar u Quddiesa bi ħsieb. L-Erbgħa: L-Anzjani huma mistiedna għal ħarġa,li fiha ser […]

Il-Programm tal-Milied 2016 u tal-Ewwel tas-Sena 2017

by Administrator

Milied 2016 u l-Ewwel tas-Sena 2017 Parroċċa Franġiskana, Madonna tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema Il-Ġimgħa 23 ta’ Diċembru – Kunċert tal-Milied 7.00pm – Is-Soċjetà Filarmonika Banda Sliema ser ittella’ kunċert tal-Milied fil-Knisja Parrokjali b’kollaborazzjoni mal-Fraternità Franġiskana, Kummissjoni Festi Parroċċa u tal-Kunsill Lokali Sliema. Is-Sibt 24 ta’ Diċembru – Lejliet il-Milied 5.00pm – Quddiesa tal-Vġili 6.00pm – L-I […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 11 TA’ DICEMBRU, 2016

by Administrator

Nagħtu merħba lil Patri Stephen Sciberras O.F.M., li naqgħad mall-fraternita tagħna. Huwa se jkun responsabbli mid-Dar tal-Irtiri ta’ Baħar iċ-Ċagħaq. ……………………………. It-Tnejn: Il-Fratellanza tas-Sagrament se torganizza irtir għal kulħadd bejn l-4.30pm u s-6.45pm għand is-Sorijiet Franġiskani. Mhux se jkun hemm Quddiesa. Se jmexxi l-irtir id-Djaknu Patri Clive Camilleri O.F.M. L-Erbgħa : Wara l-Quddiesa tas-6.00pm se […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 4 TA’ DICEMBRU, 2016

by Administrator

Illum fil-Quddiesa tad-9.15am 10 żgħażagħ se jirċievu s-sagrament tal-Ġriżma tal-Isqof mingħand il-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi. Nitolbu għalihom u nawgurawlhom. Il-Quddiesa tal-11.00 am se jsir fil-11.15am. Fl-4.00pm se jintalab ir-Rużarju fi Ġnien Indipendenza. It-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis : Fil-Quddiesa tas-6.00pm se jintalab l-Għasar u jsir ħsieb Marjan. It-Tlieta: Fis-6.30 pm inkomplu ż-żjarat u t-tberik […]

Festa ta’ Marija Immakulata, Patruna tal-Ordni Franġiskan

by Administrator

Festa ta’ Marija Immakulata Patruna tal-Ordni Franġiskan Parroċċa Franġiskana, Madonna tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema It-Tlieta 6, l-Erbgħa 7 u il-Ħamis 8 ta’ Diċembru 2016 5.30pm. – Rużarju 6.00pm. – Quddiesa bit-Talba tal-Għasar immexija minn P. Norbert Ellul Vincenti OFM. bi ħsieb Marjan fid-dutrina Franġiskana. Kant tat-Tota Pulchra.

Novena tal-Bambin 2016

by Administrator

Novena tal-Bambin 2016 Parroċċa Franġiskana, Madonna tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru Tema – Is-Siġra tal-Milied 5:30pm. Rużarju quddiem Ġesù Espost. 5:45pm. L-Għasar u Barka Ewkaristika. 6:00pm. Quddiesa bi ħsieb qasir. Kant tal-Alma. Il-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru Tema – Ir-Ragħajja 5:30pm. Rużarju quddiem Ġesù Espost. 5:45pm. L-Għasar u Barka Ewkaristika. 6:00pm. Quddiesa bi ħsieb […]