Illum (il-Ħadd) wara l-Quddiesa tad-9.30am, il-Parroċċa ser torganizza il-Purċissjoni tal-Bambin madwar it-toroq tal-Parroċċa. Aktar tagħrif jidher fin-noticeboard. It-tfal kollha li jattendu jingħatalhom rigal sabiħ.
It-Tnejn: Titkompla n-Novena tal-Milied. Fil-5.00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali għat-Tfal u l-Ġenituri. Imbagħad għal kulhadd fil-Knisja – fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju, Għasar u Quddiesa bi ħsieb.
L-Erbgħa: L-Anzjani huma mistiedna għal ħarġa,li fiha ser issir l-ikla tal-Milied.
Il-Ġimgħa: Fis-7pm il-Banda Sliema ser ittella’ kunċert tal-Milied fil-Knisja. Kulħadd huwa mistieden.
Is-Sibt: Lejliet il-Milied. Il-Quddies filgħaxija jkun fil-5pm u fis-6.30pm. Fl-10.30pm tiftah il-Knisja. Fil-11.15pm tibda l-Velja tal-Milied bil-parteċipazzjoni tat-tfal u wara, Quddiesa bil-Priedka tat-Tifel f’Nofsil-lejl.
Importanti li tahsbu kmieni għall-qrar.
Il-laqgħat tal-OFS ser ikomplu wara l-festa tal-Milied.
Fil-kappellun tal-Madonna tal-Karmnu issibu Christmas Crackers, biex b’xirja żgħira tgħinu familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna.
Il-prova tas-sehem tat-tfal fil-jiem tal-Milied ser terġa ssir nhar is-Sibt, 24 ta’ Diċembru wara l-quddiesa tad-9.00am. Inħeġġukom biex tħeġġu lit-tfal biex jieħdu sehem f’dawn l-attivitajiet, li żgur ser tkun esperjenza li jibqgħu jiftakru.
……………………………………..
F’dan il-weekend, il-Fondazzjoni: Manutenzjoni Knisja/Kunvent Sacro Cuor ser ttella’ lotterija fuq iz-zuntier ta’ kwadru, pittura taċ-Chadwick Lakes,ġentilment mogħtija mis-sur John Sarè b’risq il-Fondazzjoni. Fin-noticeboard hemm ir-rendikont tar-restawr, maħruġ mill-istess Fondazzjoni.
……………………………………..
Attività tal-Festa
Il-bingo ġewwa l-Każin ser issir nhar l-Erbgħa bħas-soltu, kif ukoll nhar il-Ġimgħa wara l-kunċert fil-Knisja.
0 Comments