AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 13 TA’ NOVEMBRU, 2016
Illum qed niċċelebraw JUM IS-SEJĦA FRANĠISKANA. Nitolbu flimkien biex aktar żagħżagħ jimxu wara Ġesu fuq l-eżempju ta’ Missierna San Franġisk. Il-ġabra se tmur għall-ħidma vokazzjonali franġiskana. ************************************************ It-Tnejn: Se jsir pelegrinaġġ għaċ-ċimiterju tal-Addolorata organizzat mill-Fratellanza tas-Sagrament. Tluq fid-9.00am mis-Savoy bus stop. Ikollna Quddiesa u wara żjarat lill-oqbra. Biljetti mingħand Simler’s u Simiana’s Confectionery. It-Tlieta: Fis-6.30pm […]
