Illum qed nagħtu bidu għall-ġimgħa ta’ talb għall-Vokazzjonijiet Franġiskani. Ningħaqdu flimkien fit-talb. Intom u ħerġin mill-knisja tistgħu tieħdu magħkom il-programm kollu.
It-Tnejn : Fil-5.00pm, it-tfal jiltaqgħu fiċ-Ċentru Parrokkjali. Fis-6.30pm prova tal-kant.
It-Tlieta: Fis-6.30pm ikompli t-tberik u żjarat fi Triq San Ġużepp. Fl-istess ħin il-membri tal-O.F.S. qed jistiednukom għall-Adorazzjoni, li se ssir fil-kappella tas-Sagrament immexxija minn P. Stephen Magro O.F.M., Direttur Vokazzjonali.
L-Erbgħa: Fil-5.00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali jiltaqgħu it-Teens for Christ. Il-Quddiesa tas-6.00pm se titmexxa mill-Direttur Vokazzjonali.
Il-Ħamis: Fil-5.00pm it-tfal jiltaqgħu fiċ-Ċentru Parrokkjali. L-Adorazzjoni u l-Lectio Divina se jkunu marbuta ma’ Jum is-Sejħa Franġiskana.
Il-Ġimgħa: Fil-5.00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali laqgħa soċjali għat-tfal kollha. Fis-7.00pm ġewwa ċ-Ċentru Parrokkjali se ssir laqgħa importanti għall-Ġenituri u Parrini taż-żagħażgħ, li dalwaqt se jirċievu l-Ġriżma tal-Isqof.
Waqt il-quddies kollu tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd se jitwassal messaġġ dwar is-Sejħa Franġiskana u l-ġabra ssir bl-istess skop.
…………………………
Nhar l-14 tax-xahar se jsir pelegrinaġġ għall-Addolorata organizzat mill-Fratellanza tas-Sagrament. Tluq fid-9.00am mis-Savoy bus stop. Ikollna Quddiesa u wara żjarat lill-oqbra. Biljetti mingħand Simler’s u Simiana’s Confectionery.
…………………………
Intom u ħerġin ħudu kopja tal-fuljett Flimkien.
…………………………
Nhar it-Tnejn P. Charles Diacono O.F.M. se jmur Londra biex iwettaq ħidma pastorali f’parroċċa Franġiskana. Nawgurawlu u nwegħduh it-talb tagħna, filwaqt li nirringrazzjawh tas-servizz li ta lil-Parroċċa tagħna.
…………………………
Attivitajiet tal-festa
Fil-weekend li ġej, fuq iz-zuntier se jkun hawn għall-bejgħ ġewż, qastan, tin u dak kollu li hu marbut mal-festa ta’ San Martin.
Fil-weekend ta’ wara (19-20) se jsir Christmas Bazaar fis-Sala Padova.
0 Comments