TauIllum qed niċċelebraw JUM IS-SEJĦA FRANĠISKANA. Nitolbu flimkien biex aktar żagħżagħ jimxu wara Ġesu fuq l-eżempju ta’ Missierna San Franġisk. Il-ġabra se tmur għall-ħidma vokazzjonali franġiskana.
************************************************

Fr Alex Borg OFMIt-Tnejn: Se jsir pelegrinaġġ għaċ-ċimiterju tal-Addolorata organizzat mill-Fratellanza tas-Sagrament. Tluq fid-9.00am mis-Savoy bus stop. Ikollna Quddiesa u wara żjarat lill-oqbra.

Biljetti mingħand Simler’s u Simiana’s Confectionery.

It-Tlieta: Fis-6.30pm inkomplu ż-żjarat u t-tberik tal-familji li joqgħodu fi Triq San Ġuzepp. Helpers tal-Parroċċa, xi jiem qabel, se jiġu għandkom biex tgħamlu l-appuntament.

Il-Ħamis : Fid-9.30am tluq bil-private biex inżuru lill-anzjani ta’ San Vincens.

Il-Ġimgħa filgħaxija u s-Sibt filgħodu l-Kappillan, flimkien mal-Moderatur u s-Segretarja tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, se jieħdu sehem fl-Assemblea Djoċesana.

Il-Ħadd li ġej – Festa ta’ Kristu Re – fis-6.00p.m., Mons. Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa u jagħlaq il-Ġublew tal-Ħniena fil-Katidral tal-Imdina. Min jixtieq jattendi jista jibbujka mingħand Simler’s u Simiana’s Confectionery. Tluq mis-Savoy bus-stop fil-5.00pm.
************************************************

Attivitajiet tal-festa

2F’dan il-weekend qed ssir il-bejgħ tal-qastan, tin eċċ. u boroż ta’ San Martin fuq iz-zuntier. Imbgħad fil-weekend li ġej (19 -20) se jsir Christmas Bonanza Sale fis-Sala Padova mit-8.00am sat-8.00 pm b’affarjiet ġodda u irħas, tal-Milied.