Posts from 2026

1 – 10 of 14 items

JUM IL-Festa ta` Missierna San Franġisk – IL-HADD, 4 TA’ OTTUBRU, 2026

by Administrator

1. Il-Ħadd 4 t’Ottubru, Jum il-Festa ta` San Franġisk. Fl-10.30am Manifestazzjoni bl-Istatwa tal-Qaddis bis-sehem tal-Banda Sliema u jsiru rappresentazzjonijiet b’Messaġġ Franġiskan fit-toroq bis-sehem tat-tfal u l-Preteens. F’12.00pm isir it-Tberik tal-Annimali fuq iz-zuntier. Fin-12.30pm l-Ikla tal-Festa fil-Każin. Fis-6.15pm niltaqgħu fil-Knisja tagħna tal-Belt għall-Quddiesa tal-Festa mill-Provinċjal flimkien mal-Provinċja Franġiskana. 2. Din il-Ġimgħa jibda l-Katekiżmu. Għada t-Tnejn Sena […]

IS-SITTA U GHOXRIN HADD TAS-SENA- 27 TA SETTEMBRU, 2026

by Administrator

1. It-Tnejn 28 ta` Settembru, fis-6.30pm il-Quddiesa għat-tfal mill-Kappillan fil-ftuħ tas-Sena Kateketika. Il- ġenituri mħeġġa jġibu t-tfal u jekk għad hemm min ma rreġistrahomx jista` jagħmel dan għada bejn il-5.00pm u 6.00pm. Il-Katekisti jingħataw ukoll il-Mandat. Napprezzaw u nitolbu għalihom. 2. It-Tlieta 29 ta` Settembru, niċċelebraw il-108 Sena mit-Twaqqif tal-Parroċċa u t-8 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Madonna. […]

IL-HAMSA U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 20 TA’ SETTEMBRU, 2026

by Administrator

1. Il-Ħadd 20 ta` Settembru, l-aħħar ġurnata għar-Reġistrazzjoni tat-tfal għall-Katekiżmu 2026/2027, mill-10.15am sa 12.00pm fl-Uffiċċju Parrokkjali. Fid-9.30am fil-Quddiesa għat-tfal tissejjaħ il-Barka t’Alla fuq it-Tfal, għalliema u LSEs, basktijiet u affarijiet utli għas-Sena Skolastika. Tingħata tifkira lit-tfal kollha. 2. It-Tnejn 21 ta` Settembru, fis-7.30pm issir il-Laqgħa tal-Ushers. 3. It-Tlieta 22 ta` Settembru, jibdew il-Laqgħat ta` kull […]

-24 HADD TAS-SENA – IL-HADD, 13 TA’ SETTEMBRU, 2026

by Administrator

1. Il-Ħadd 13 ta` Settembru, tkompli r-reġistrazzjoni tat-tfal għas-Sena Kateketika 2026/2027, u tkompli ukoll il-Ħadd li ġej bejn l-10.15am u 12.00pm. Se ssir ukoll għada it-Tnejn 14 ta` Settembru bejn il-5.15pm u 6.30pm, fl-Uffiċċju Parrokkjali 2. Il-Ħamis 17 ta` Settembru, il-Festa ta` San Franġisk fl-Għoti ta` L-Istimmati Mqaddsa. Fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni u fis-6.30pm il-Quddiesa tal-Festa […]

L-GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 16 TA’ AWWISSU, 2026

by Administrator

1. Irċevejna Avviż mill-Għassa tal-Puiżija sabiex nwassluh lir- residenti, li fil-jiem tal-Festa tal-Parroċċa ta` Stella Maris il-Ġimgħa 21, is-Sibt 22 u l-Ħadd 23 t’Awwissu għandhom ikunu osservati t-Tabelli u I-Istruzzonijiet dwar il-parkeġġ u jkunu evitati t-toroq li jgħaddu minnhom il-Baned u l-Purċissjoni speċjalment fl-inħawi tax-xatt. Min-naħa tagħna, bħala Komunita` Parrokkjali nawgurawlhom il- Festa t-Tajba. 2. […]

ID-DSATAX IL-HADD TAS-SENA – IL-HADD, 9 TA’ AWWISSU, 2026

by Administrator

1. It-Tnejn 10 t’Awwissu, il-Ħarġa għal Għawdex. Nitilqu fis-7.00am mis-Savoy Bus Stop. Biljetti mingħand Margaret Cini. Donazzjoni ta` €30. 2. It-Tlieta 11 t’Awwissu, il-Festa ta` Santa Klara t’Assisi. F’din il-ġurnata filwaqt li napprezzaw il-presenza u l-ħidma tas-Sorijiet Klarissi li jgħixu fil-Monasteru ta` Santa Klara f’San Ġiljan, nitolbu għalihom u għal aktar vokazzjonijiet. 3. Il-Ħamis 13 […]

IT-TIENI HADD TAL-GHID – IL-HADD, 12 TA’ APRIL, 2026

by Administrator

1. It-Tnejn 13 t’April, jerġgħu jibdew il-klassijiet tal-katekiżmu u jiftaħ l-Uffiċċju Parrokkjali. Fis-7.00pm jiltaqa` il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. 2. It-Tlieta 14 t’April, l-O.F.S. ikollhom il-laqgħa fis-7.00pm, minn Peter Darmanin: “Qawmien Ġdid”, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Kulħadd jista` jattendi. 3. L-Erbgħa 15 t’April, fis-6.30pm se jkun hawn il-Quddiesa ta` Fejqan Spiritwali, mill-Kummissjoni kontra l-Okkult u […]

IL-QAWMIEN TAL-MULEJ MILL-IMWIET – IL-HADD, 5 TA’ APRI;, 2026

by Administrator

1. Illum Ħadd il-Għid il-Kbir ta` Sidna Ġesu` Kristu,aħna l-patrijiet nixtiequ nwasslu tislijiet ta`Sliem, Faraġ u Tama lilkom ilkoll u lill-familji tagħkom. Filwaqt li napprezzaw il-ħbiberija sinċiera tagħkom li flimkien mat-talb u l-ġenerożita` li toffrulna kuljum, jgħinuna ngħixu l- vokazzjoni tagħna. Nirringrazzjaw lil kull min offra s-sehem tiegħu fiċ-ċelebrazzjonijiet u t-tħejjija tas-Santwarju biex il-Ħniena t’Alla […]

IL-HAMES HADD TAS-SENA – IL-HADD, 8 TA’ FRAR, 2026

by Administrator

1. It-Tlieta 10 ta` Frar, il-Festa tan-Nawfraġju ta` Missierna San Pawl, f’Malta. Hija festa kmandata, għalhekk il-ħinijiet tal-Quddies ikun bħal tal-Ħdud, u l-Quddiesa tat-Tnejn, lejlet il-festa fis-6.00pm tissodisfa l-obbligu tal-Quddiesa. 2. It-Tlieta, f’jum il-festa, fl-10.00am se jsir Bingo English Breakfast fiċ-Ċentru Sant’Antnin b’risq il-Manutenzjoni tal-Knisja. Donazzjoni ta` €20. 3. L-Erbgħa 11 ta` Frar, niċċelebraw l-Ewwel […]

IR-RABA HADD TAS-SENA – IL-HADD, 1 TA’ FRAR, 2026

by Administrator

1. Illum qed isir Cake Sale fuq i-zuntier, organizzat mill-Kummissjoni Festi, b’risq il- Festa tal-Madonna fl-Ewwel Ħadd ta` Lulju. 2. It-Tnejn 2 ta` Frar, il-Festa tal-Presentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju. Fis-6.00pm il-Quddiesa u jsir it-tqassim tax-xema` mbierka tal-Gandlora. Fl-aħħar tal-Quddiesa l-Bambin jittieħed proċessjonalment fil-Kappella tas-Sagrament fin-niċċa tiegħu. 3. It-Tlieta 3 ta` Frar, l-O.F.S. jiltaqgħu għal-laqgħa minn P. […]