
1. Illum fuq iz-Zuntier, il-Kummissjoni Festi, qed torganizza bejgħ ta` frott, ħelu u l- boroż ta` San Martin b’risq il-Festa tal-Madonna.
Fil-Quddiesa tat-tfal tad-9.30pm, il-Persuanaġġ San Martin jiddjaloga mat-tfal u jqassmilhom il-borża tradizzjonali li ordnajtu għat-tfal.
2. Nhar it-Tnejn 9 ta` Novembru, min ġej iċ-Ċimiterju se ssir il-Quddiesa fit-8.00am hawn fil-Knisja. Fid-8.45am nitilqu mis-Savoy Bus Stop. Wara mmorru Marsaxlokk sas-1.00pm.
Baqa` xi postijiet, ibbukkjaw mill-Bookshop.
Fis-6.30pm issir il-Laqgħa tal-Ushers ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
3. It-Tlieta 10 ta` Novembru, Pauline Darmanin tagħmel ir-Riflessjoni: “Il-Bxara t-Tajba” fil-Laqgħa tal-O.F.S., fis-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Kulħadd mistieden.
4. Il-Ħamis 12 ta` Novembru, fil-5.30pm l-Adorazzjoni u fis-6.30pm il-Lectio Divina fil-Knisja.
5. Il-Ġimgħa 13 ta` Novembru, fis-7.00pm Laqgħa ta` tħejjija għat-Tfal li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof flimkien mal-Parrini u l-Ġenituri.
6. Il-Ħadd 15 ta` Novembru, fid-9.30am it-Tfal imħejjija mill-Katekisti se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof mill-E.T. Mons. Joe Alessandro O.F.M. Kappuċċin. Il-Quddiesa tal-11.00am se ssir fil-11.15am.
7. Il-Kurja tavża li r-Regolamenti għad-Dħul tat-Tfal fl-Iskejjel tal-Knisja huma ppublikati fil- Website tagħha.
8. Infakkrukom, li kull nhar t’Erbgħa fis-7.00pm issir it-Tombla fiċ-Ċentru Sant’Antnin.
L-Ammont li inġabar mid-Donazzjonijiet u l-Ġabra Speċjali b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju sal-Ewwel Ħadd ta` Novembru kien €4,270.
Nirringrazzjawkom u nżommukom f’talbna.
9. Is-Soċjeta`Filarmonika Sliema tavża li kull nhar ta` Ġimgħa qed toffri tagħlim b’xejn għat-Teorija u Strumenti tal-Mużika.
Għal aktar informazzjoni, kellmu lis-Surmast Lesley Tabone jew lis-Sur Joe Muscat.
10. Il-Weekend li ġej il-Bazaar fiċ-Ċentru Sant’Antnin se jkun miftuħ għal darb’oħra bejn it-8.00am u 8.00pm.
Nirringrazzjaw lil helpers u lilkom għas-support.
11. Din il-Ġimgħa, għadda għall-Ħajja ta` Dejjem, Tony Scicluna. Agħtih Mulej il-mistrieħ ………. .
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433

0 Comments