1. Illum f’ Jum il-Konsagrazzjoni tal-Knisja tagħna, il-Festa tal-Komunita` Parrokkjali, inqiegħdu l- ħidma tal-Għaqdiet kollha, l-persuni mpenjati fil-Parroċċa u lilkom taħt il-Ħarsien t’Ommna Marija u Sultana tagħna li lilha hu ddedikat dan is-Santwarju….. Sliem għalik Marija …..


2. It-Tlieta 27 t’Ottubru, fis-6.30pm il-Laqgħa tal-O.F.S., minn Peter Darmanin dwar il-Ferħ Nisrani, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Kulħadd jista` jattendi.

3. Il-Ħamis 29 t’Ottubru, fis-6.30pm issir il-Lectio Divina fil-Knisja.

4. Il-Ħadd 1 ta` Novembru, l-Ewwel Ħadd tax-Xahar, issir il-Ġabra Speċjali fil-Quddies tas-Sibt filgħaxija u tal-Ħadd b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju.
Minbarra x-xogħol fuq il-Koppla, qed isiru xogħolijiet oħra ta` tiswija u manutenzjoni fuq il-gandlieri tar-ramm tal-Altari tal-ġnub, fuq il-bibien tal-Knisja u ta` l-Istatwi ta` Devozzjoni fil-Kappelluni. Nirringrazzjawkom għall-ġenerożita` tad-donazzjoni ta` €1 fil-ġimgħa fil-kaxex tal-Fondazzjoni li qed tieħu ħsieb il-Manutenzjoni.
Il-Ġabra b’risq il-Missjoni kienet €1,011.6

5. Il-Ħadd li ġej nibdew Novembru, li hu ddedikat lill-Għeżież Mejtin.
Infakkrukhom biex tiktbuhom fil-karti li ssibu minn ħdejn il-bibien u tirritornawhom f’envelope, b’donazzjoni jekk tistgħu u tixħtuhom fil-kaxxa taħt il-Pulptu.
Għalihom noffru l-Quddiesa tas-6.00pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

6. Nhar il-Ħadd 8 ta` Novembru, niċċelebraw lil San Martin.
Fil-Quddiesa tat-tfal tad-9.30pm il-personaġġ tal-Qaddis se jkun presenti u jiddjaloga mat-tfal u se jqassam il-Borża Tradizzjonali tal-ħelu. Intom tridu tordnaw din il-Borża mill-Bookshop u tindikaw jekk hux għal tifel jew tifla. Il-Boroż li se jingħataw mingħajr ħlas, se jkunu biss dawk ordnati sas-sibt 7 ta` Novembru.

7. Nhar it-Tnejn 9 ta` Novembru, se nżuru ċ-Ċimiterju tal-Addolorata.
Nibdew bil-Quddiesa fit-8.00am hawn fil-Knisja, fid-8.45am nitilqu mis-Savoy Bus Stop. Wara nkomplu bil-Ħarġa għal Marsaxlokk, niġu lura fis-1.00pm.
Booking mingħand Margaret Cini, donazzjoni ta` €10 għat-Trasport.

8. Kull nhar ta` Ħadd se jerġa` jibda jkun offrut Kafe` u Te` fuq iz-zuntier wara l-Quddiesa.
Nirringrazzjaw lil Helpers għal din l-iniżjattiva u s-sehem tagħkom għat-tisħiħ tal-Komunita`.

9. Matul Ottubru żdiedu mal-Komunita` Parrokkjali:
Lior Deguara, Odin Borg, Luca Colombo u Maximilian Bonello.
Nawguraw liil-familji tagħhom u nitolbu l-ħarsien tal-Madonna fuqhom.

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433