1. Il-Ħadd 13 ta` Settembru, tkompli r-reġistrazzjoni tat-tfal għas-Sena Kateketika 2026/2027, u tkompli ukoll il-Ħadd li ġej bejn l-10.15am u 12.00pm.
Se ssir ukoll għada it-Tnejn 14 ta` Settembru bejn il-5.15pm u 6.30pm, fl-Uffiċċju Parrokkjali
2. Il-Ħamis 17 ta` Settembru, il-Festa ta` San Franġisk fl-Għoti ta` L-Istimmati Mqaddsa.
Fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni u fis-6.30pm il-Quddiesa tal-Festa minn P. Julian Sammut O.F.M. flimkien mal-Fraternita`.
Fil-Quddiesa tingħata Qima lis-Salib Mqaddes.
Fis-7.30pm it-Tombla fiċ-Ċentru Sant` Antnin, b’risq il-Manutenzjoni tal-Koppla.
3. Il-Ħadd 20 ta` Settembru, qed nistiednu lill-ġenituri jġibu t-tfal għall-Quddiesa tad-9.30am biex insejħu l-Barka t’Alla fuqhom u fuq il-basktijiet u affarijiet utli tal-iskola, qabel il-bidu tas-Sena Skolastika.
L-għalliema u LSEs huma mistiedna biex jieħdu sehem.
4. L-Ammont li nġabar b’risq il-Manutenzjoni tal-Koppla bejn Donazzjonijiet u l-Ġabra
Speċjali tal-ġimgħa l-oħra kien €3,515.62. Grazzi mill-qalb tal-ġenerożita` tagħkom. Inżommukom dejjem fit-talb tagħna.
5. Nerġgħu infakkrukom:
Fis-sejħa għall-Abbatini ġodda. Aktar dettalji fin-Notice Boards.
Kull min hu interessat fil-Power-Point Presentations li qed isiru fil-Quddies dwar “Sejħa Franġiskana għal Dinja Aħjar”, minn ħdejn il-bibien tistgħu tieħdu karti b’informazzjoni ta` diversi fb pages jew tiktbu isimkom u contact number biex nikkuntattjawkom.
6. Il-Ġimgħa 25 ta`Settembru, fit-8.00pm se ssir Ikla b’risq il-Festa organizzata mil-Kummissjoni Festi tal-Parroċċa u s-Soċjeta` Filarmonika Sliema. Il-booking miftuħ.
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433

0 Comments