Posts from 2023

110 of 49 items

FESTA TAL-FAMILJA MQADDSA – IL-HADD, 31 TA’ DICEMBRU, 2023

by Administrator

Il-Festa Tal-Familja Mqaddsa 1. Il-Ħadd, l-Aħħar tas-Sena, fis-6.30pm l-aħħar Quddiesa tas-sena 2023. Ninġabru biex nroddu ħajr ‘l Alla għal kull ma għamel magħna dis-sena. Konvinti li l-ħsibijiet tiegħu kienu kollha ta` Sliem, Ħniena u Faraġ. Fl-aħħar tal-Quddiesa nkantaw it-Te Deum. Il-Quddies fl-Ewwel tas-Sena ikun bħal tal-Ħdud u ssir il-Ġabra b’risq id-Dar tal-Providenza. 2. It-Tlieta 2 […]

IR-RABA’ HADD TAL-AVVENT – IL-HADD, 24 TA’ DICEMBRU, 2023

by Administrator

1. Il-Ħadd Lejlet il-Milied, fis-6.30pm il-Quddiesa tal-Vġili u fid-9.15pm tibda l-Velja tal-Milied. Fl-10.00pm il-Quddiesa Solenni bil-Purċissjoni tal-Bambin u l-Priedka tat-Tifel. 2. It-Tlieta 26 ta` Diċembru, il-Membri Franġiskani Sekulari jkollhom il-laqgħa fis-6.30pm. Tony Mahoney jitkellem dwar: “Min kienu l-Maġi?” Kulħadd mistieden. 3. Il-Ġimgħa 29, Is-Sibt 30 u l-Ħadd 31 ta` Diċembru, jiem ta` Tifħir u Talb […]

IT-TIENI HADD TAL-AVVENT – IL-HADD, 10 TA’ DICEMBRU, 2023

by Administrator

1. It-Tnejn 11 ta` Diċembru, jiltaqgħu l-membri Franġiskani Sekulari ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali wara l-Quddiesa tas-6.00pm. Taħdita minn Peter Darmanin “X’fettillek Mulej tiġi fostna”. Kulħadd mistieden. 2. It-Tlieta 12 ta` Diċembru, fil-4.45pm jitlaq it-Trasport minn Savoy Bus Stop għall-Qawra, għal min ġej magħna għaċ-Ċelebrazzjoni tat-800 Sena tal-Presepju ta` Grecco. Fit-8.00pm Christmas Dinner organizzat fil-Każin Banda Sliema, […]

L-EWWEL HADD TAL-AVVENT – IL-HADD, 3 TA’ DICEMBRU, 2023

by Administrator

1. Matul l-Avvent, bi tħejjija għall-Milied, mit-Tnejn sas-Sibt bejn is-7.30am u 7.45am, għal min jixtieq jista` jissieħeb magħna fit-Talb fil-Kappella tas-Sagrament. It-Talb jintalab minn fuq il-mobile. 2. It-Tnejn 4 ta` Diċembru, fis-6.30pm il-laqgħa tal-Ushers. 3. It-Tlieta 5 ta` Diċembru fis-6.30pm il-laqgħa tal-Franġiskani Sekulari ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Pauline Darmanin twassal ir-Riflessjoni dwar “ L-Istennija”. Kulħadd mistieden. […]

Is-Suppervja – Brigitte Attard ofs

by Administrator

Maħbubin ħuti fi Kristu u San Franġis Is-Suppervja,  il-kburija u l-arroganza huma ostakli għall-ħajja nisranija tajba.  Ġesù, fl-abbundanza tal-ħniena tiegħu, jiġi għandna lejl u nhar u jgħammar f’ruħna bil-ferħ meta din tkun miftuħa għalih.  L-anqas fl-akbar taqbida ma’ jonqos li Ġesù jiġi għandna.  Imma ħaġa waħda, speċjalment, żżomm lil Ġesù l-bogħod  – is-suppervja.  Is-suppervja hija […]

Amoris Laetitia – Peter Darmanin ofs

by Administrator

Gheziez huti Frangiskani,Wahda mill-isbah Enciklici tal-Papa Frangisku hija dik li ggib l-isem ta’ “Amoris Laetitia” – “Il-Ferh ta’ l-Imhabba”, dwar l-imhabba fil-familja. L-isem ta’ kull enciklika jkunu dejjem l-ewwel zewg kelmiet taghha.Illum iddecidejt li ndewwakom ftit  mill-hlewwa ta’ din l-Enciklika.L-ewwel silta li se naghtikom illum titratta dwar Alla taghna.“Jekk naċċettaw li l-imħabba ta’ Alla hi […]

Il-mejtin ghadhom madwarna? – Tony Mahoney ofs

by Administrator

IL-MEJTIN GĦADHOM MADWARNA?   Il-mejtin tagħna jafu x’qed jiġri minnha, jafu bil-ferħ u l-inkwiet tagħna ? Forsi qegħdin ukoll madwarna? Ir-reliġjonijiet kollha prinċipali; kemm il-Kristjani, kemm-il Lhud, u wkoll il-Musulmani jemmnu li dawk li marru qabilna, jafu li aħna qed inħossu t-telfa tagħhom. Aħna mortali, iżda l-ispirti huma mmortali. Dawk li marru qabilna jafu li […]

IT-TLETIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 29 TA’ OTTUBRU, 2023

by Administrator

1. Issa li erġajna qlibna għall-ħin tax-xitwa, l-Quddiesa ta’ filgħaxija mit-Tnejn sal-Ġimgħa tkun fis-6.00pm. għalhekk ir-Rużarju jsir fil-5.30pm. Is-Sibt u l-Ħadd il-Quddiesa ta’ filgħaxija tibqa fis-6.30pm. Is-Sorijiet Franġiskani jfakkru li jkollhom Quddiesa kuljum fis-6.00am u nhar ta’ Sibt u l- Ħadd fis-7.00am. 2. Nhar it-Tlieta wara l-Quddiesa, issir il-laqgħa tal-Franġiskani Sekulari fis-6.30pm. Il- kelmtejn se […]

ID-DISA’ U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 22 TA’ OTTUBRU, 2023

by Administrator

1. Nhar it-Tnejn se jibda jiltaqa` l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7.00pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Nirringrazzjaw lil dawk il-persuni li aċċettaw li jagħtu dan is-servizz fil-Parroċċa. 2. Nhar it-Tlieta wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija jiltaqgħu l-Franġiskani Sekulari għall-laqgħa ħdejn l-Uffiċċju parrokkjali. Din il-ġimgħa tagħmel it-taħdita Pauline Darmanin bit-tema: “ Il-Mulej hu r-Ragħaj tiegħi ”. 3. Nhar l-Erbgħa 25 […]

IT-TMIENJA U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 15 TA’ OTTUBRU, 2023

by Administrator

1. Matul Ottubru, fis-6.00pm nkomplu nitolbu r-Rużarju quddiem Ġesu` Espost. Il-Ħamis qabel il-Quddiesa ikun hawn L-Adorazzjoni u wara l-Quddiesa nkomplu bil-Lecio Divina. 2. Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Ottubru fis-7.00pm se nlaqqgħu l-ġenituri u parrini tal-kandidati li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof nhar it-12 ta’ Novembru. Dawk il-parrini li ma joqgħodux fil-Parroċċa tagħna jridu jġibu l-permess biex […]