1. Matul Ottubru, fis-6.00pm nkomplu nitolbu r-Rużarju quddiem Ġesu` Espost.
Il-Ħamis qabel il-Quddiesa ikun hawn L-Adorazzjoni u wara l-Quddiesa nkomplu bil-Lecio
Divina.

2. Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Ottubru fis-7.00pm se nlaqqgħu l-ġenituri u parrini tal-kandidati li se
jagħmlu l-Griżma tal-Isqof nhar it-12 ta’ Novembru. Dawk il-parrini li ma joqgħodux fil-Parroċċa tagħna jridu jġibu l-permess biex joqgħodu parrini mingħand il-Kappillan tal-Parroċċa
fejn joqgħodu.

3. Nhar is-Sibt 21 ta’ Ottubru se jsir Irtir ġol-Kunvent tagħna fir-Rabat għall-Kandidati li se jagħmlu l-Griżma.

4. Nhar is-Sibt 21 ta’ Ottubru bejn il-5.00pm u t-8.30pm se ssir laqgħa Vokazzjonali għall-Abbatini u Adoloxxenti subien fil-Kunvent tagħna fir-Rabat. Ikun hemm Quddiesa, logħob u ikel.

5. Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Ottubru, il-Kunsill Lokali se jorganizza s-Serata tal-Premju “Ġieh tas-Sliema” fil-Kulleġġ tas-Sacred Heart f’ San Ġiljan.

6. Nhar il-Ħadd 22 ta’ Ottubru hija l-Ġurnata Missjunarja.
Għalhekk il-ġbir kollu li jsir fil-Quddies tas-Sibt u l-Ħadd se jmur biex il-Knisja tkompli bl-impenn tagħha ta’ Evanġelizazzjoni u Soċjali fil-Pajjizi l-aktar fil-bżonn. Nistednukom tkunu ġeneruzi bħal dejjem.

7. Minn taħt il-pulptu tistgħu tieħdu l-envelopes, bil-karti fihom tal-mejtin, biex tiktbu l-għeżież tagħkom, ħalli fil-Quddies ta’ filgħaxija matul Novembru , nitolbu għalihom. Meta tiktbu l-mejtin tagħkom irritornaw l-ismijiet mad-donazzjoni tagħkom fl-envelope u ixħtuh fil-kaxxa.

8. Fil-weekend li ġej 21 u 22 ta’ Ottubru se ssir Fiera tal-Ktieb organizzata mid-Dar tal-Kleru, se jkun hemm ukoll bejgħ ta’ pjanti, frott u ħelu bejn l-10.00am u l-5.00pm.

9. Mill-ġbir li sar f’Settembu u f’ Ottubru, bl-għajnuna tagħkom ħallasna l-ispejjeż kollha taż-żewġ Ċelebrazzjonijiet tal-Anniversarju tal-Inkurunazzjoni u San Franġisk. B’ kollox ġbarna €3,493.66. L-ispejjeż kollha laħqu €2,625. Baqa` bilanċ ta’ €868.66. Dawn se jibqgħu fil-fond tal-Knisja għall-bżonnijiet li jkollha, hemm €957 . Bħalissa qed naħsbu biex nibdlu l-Floodlights li jdawwlu s-saqaf għax kwazi aktar minn nofshom maqtugħin u se nirranġaw il-fjuretti tal-Artali tal-ġnub li jintramaw fil-Festi Sekondarji. L-ispiża se tlaħħaq €3,000.
Fin-Notice Boards hemm ir-rendikont sħiħ tal-ispejjes tal-festi li għaddew.

10. Matul din il-ġimgħa għaddiet għall-Ħajja ta’ Dejjem Esther Bray.
Agħtiha Mulej il-Mistieħ ta’ dejjem…

P. Martin Coleiro O.F.M.

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433