Kellha ragun Ommok, Marija. – Tony Mahoney
KELLHA RAĠUN OMMOK, MARIJA. Qed nikteb f’inżul ix-xemx, meta l-għabex ta’ filgħaxija, bi’ swaba twal qed iwarrab il-ftit ħmura li għad fadal, ta’ nżul ix-xemx mis-sema, u jifrex il-mant sewdieni tal-lejl. B’hekk jibdew jidhru aktar il-kwiekeb fiddiena, il-messaġġiera tal-lejl. Sadattant qed nisma’ mużika msejjħa “Nocturne” ta’ Chopin. Daqq fuq il-pjanu li ħalla warajh l-ghażiż ibni […]